Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija fid-djar residenzjali għall-anzjani

PR241444
Date Icon 13/09/2024

Illum ġie mniedi servizz ġdid ta’ screening tal-oftalmoloġija fid-djar residenzjali għall-anzjani. Dan is-servizz se jkun offrut fid-djar residenzjali tal-gvern, kif ukoll f’dawk immexxija b’sħubija bejn il-gvern u s-settur privat, u anke f’dawk id-djar fejn il-gvern jixtri s-sodod.

It-testijiet ta’ screening ser ikopru tliet aspetti ewlenin: l-akutezza tal-viżta (Visual Acuity), il-livell ta’ pressjoni fl-għajnejn (Intra Ocular Pressure), u ritratti ta’ wara l-għajn (Screening with Retinal Camera). Dawn it-testijiet huma maħsuba biex jiġu identifikati kundizzjonijiet bħal dijabete, deġenerazzjoni tal-makula, u glawkoma, anke qabel ma jidhru sintomi ċari. Is-servizz għandu l-għan li jipprevjeni t-telf tal-viżta qabel ma jkun tard wisq.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, spjega l-importanza ta’ din l-inizjattiva. “L-għan ta’ din l-inizjattiva huwa li niżguraw li l-anzjani tagħna jibqgħu f’qagħda ta’ saħħa eċċellenti. Permezz ta’ dan is-servizz ta’ screening, qed naħdmu biex nidentifikaw problemi tal-għajnejn mill-bidu, li jgħinna nipprevjenu kundizzjonijiet aktar serji fil-futur,” saħaq is-Segretarju Parlamentari.

Renzo Degabriele, il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qal li permezz ta’ din l-inizjattiva se jkunu qed jindirizzaw madwar 4,000 anzjan li ser jgħaddu minn dan l-iscreening fil-ġimgħat li ġejjin.

Jane Micallef, infermiera speċjalizzata fl-oftalmoloġija, spjegat kif ir-riżultati tat-testijiet ser ikunu aċċessibbli online għall-konsulenti tal-ġerjatrija, sabiex, fejn ikun meħtieġ, it-test jiġi eżaminat f’ħin qasir. Fejn neċessarju, ir-residenti jiġu riferuti għal aktar kura għand speċjalisti tal-għajnejn fl-Isptar Mater Dei.

Dan il-programm ta’ screening beda bħala proġett pilota f’Dar il-Mistrieħ, il-Furjana. Wara rispons pożittiv, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ffinanzjat it-taħriġ tal-infermiera u l-akkwist ta’ apparat mediku avvanzat. Dan l-investiment witta t-triq għat-tnedija uffiċjali ta’ dan il-proġett f’Dar il-Madonna tal-Mellieħa.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija fid-djar residenzjali għall-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija fid-djar residenzjali għall-anzjani
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Imniedi servizz ta’ screening tal-oftalmoloġija fid-djar residenzjali għall-anzjani
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow