STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Proċess verbal tal-inkjesta maġisterjali rigward il-każ ta’ Stephen Mangion fl-Isptar Mater Dei
Wara li nhar it-Tnejn 9 ta' Settembru 2024 il-Maġistrat Inkwerenti, Dr Joseph Mifsud, għalaq fil-Qorti tal-Maġistrati ta' Malta, l-inkjesta dwar il-mewt ta' Stephen Mangion fl-Isptar Mater Dei, li seħħ nhar is-27 ta' Awwissu 2024, u wara li l-Maġistrat inkwerenti ordna li kopja tal-proċess verbal jintbagħat lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanita Attiva u lill-Kummissarju tal-Pulizija, il-Maġistrat inkwerenti rrakkomanda wkoll li l-proċess verbal għandu jkun ippubblikat minħabba “l-allarm pubbliku" li nħoloq dwar numru ta' allegazzjonijiet li kien hemm dwar dak li seħħ fil-każ.
Dan biex il-pubbliku jkun infurmat b'dak li tassew seħħ.
Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, permezz tal-Uffiċju tas-Segretarju Permanenti, iddetermina li jkun għaqli u fl-interess pubbliku anke wara li ġew żvelati xi dettalji mill-proċess verbal fil-midja, li jippubblika, mingħajr kummenti ta' xejn, il-proċess verbal fl-intier tiegħu, skars id-dettalji personali tax-xhieda.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN
pr241417a.pdf