Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitlesta xogħol ta’ titjib sostanzjali fl-impjant ta’ Sant’Antnin li jintuża għat-trattament tad-drenaġġ

pr241378
Date Icon 30/08/2024

L-impjant ta' Sant'Antnin li jintuża għat-trattament tad-drenaġġ u jinsab fin-Nofsinhar ta' Malta, issa jista' jittratta 600 metru kubu iktar ta' drenaġġ fis-siegħa, filwaqt li qed juża inqas enerġija permezz ta' teknoloġija innovattiva, grazzi għal titjib sostanzjali li wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC).

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija, u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, li spjegat li dan l-investiment sinifikanti ta' €7.5 miljun, kofinanzjat mill-Fond ta' Koeżjoni tal-UE 2014–2020, jimmarka titjib importanti fit-trattament tad-drenaġġ u l-immaniġġjar tal-ilma madwar il-gżira.

It-titjib li sar kien jinkludi s-sostituzzjoni tal-aeration systems antiki b'dawk tal-istainless steel, kif ukoll l-installazzjoni ta' sitt magnetic bearing blowers ġodda li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija.

Il-Ministru Dalli qalet li “dan l-upgrade huwa pass kruċjali fl-impenn tagħna għall-iżvilupp sostenibbli. Dan it-titjib li sar mhux biss jagħmel it-trattament tad-drenaġġ aktar effiċjenti, iżda wkoll jallinja mal-miri nazzjonali li għandna biex innaqqsu l-impatt ambjentali tagħna u nappoġġjaw ekonomija ċirkolari."

Il-Kap Eżekuttiv tal-WSC Karl Cilia enfasizza li “l-impjant ta' Sant'Antnin li ġie upgraded jimmarka kisba importanti fil-missjoni biex intejbu s-servizzi tagħna. B'kapaċità akbar u teknoloġija avvanzata, qed nistabbilixxu standard ġdid għall-immaniġġjar tal-ilma f'Malta."

Il-proġett kien jinvolvi wkoll l-installazzjoni ta' pajpijiet ġodda – permezz ta' microtunnel minn Barkat sa Sant'Antnin – li jippermettu t-trasferiment aktar effiċjenti tad-drenaġġ lejn l-impjant, u r-ritorn ta' ilma trattat.

L-impjant ta' Sant'Antnin issa qed jintuża wkoll għall-pretrattament tal-iskart tal-bhejjem, u b'hekk qed jgħin biex titnaqqas it-tagħbija fuq il-faċilitajiet urbani tad-drenaġġ, kif ukoll jagħti spinta lill-produzzjoni ta' New Water għat-tisqija. Din l-inizjattiva, inizjalment introdotta f'Għawdex, issa qed tiġi implimentata f'Sant'Antnin.

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tibqa' impenjata li timmaniġġja b'mod effiċjenti r-riżorsi tal-ilma ta' Malta u li tiżgura futur sostenibbli għal pajjiżna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitlesta xogħol ta’ titjib sostanzjali fl-impjant ta’ Sant’Antnin li jintuża għat-trattament tad-drenaġġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitlesta xogħol ta’ titjib sostanzjali fl-impjant ta’ Sant’Antnin li jintuża għat-trattament tad-drenaġġ
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR Jitlesta xogħol ta’ titjib sostanzjali fl-impjant ta’ Sant’Antnin li jintuża għat-trattament tad-drenaġġ
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow