STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA
B'referenza għall-mewt traġika ta' persuna li seħħet fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei nhar it-Tlieta li għadda 27 ta' Awwissu, il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jiċċara li inkjesta maġisterjali ġiet maħtura skont il-liġi u l-prassi kif jiġri f'ċirkustanzi simili.
Lil hinn minn din l-inkjesta, ilbieraħ, l-Erbgħa 28 ta' Awwissu 2024, il-Ministru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva ta direzzjoni sabiex tinħatar ukoll inkjesta indipendenti skont l-Att tal-Inkjesti (Kap 273).
Il-Bord li ser imexxi l-inkjesta indipendenti ser ikun magħmul mill-Imħallef irtirat Dr J.D. Camilleri bħala chairperson u l-membri Dr Herbert Felice u Sa Sylvia Spiteri.
Il-konklużjonijiet ta' din l-inkjesta huma mistennija sa mhux aktar tard mill-aħħar ta' Settembru. Il-ministeru hu kommess li jittratta dan il-każ bi trasparenza sħiħa fi spirtu ta' governanza tajba.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN