STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL
PR241365
28/08/2024
Hija tassew ħasra illi l-Partit Nazzjonalista qed jibqa’ jagħżel li jdawwar każ traġiku f’ballun politiku. Dan juri insensittività totali lejn kull min b’xi mod ikun involut f’każijiet bħal dawn.
Il-Ministeru jixtieq ifakkar li hemm żewġ inkjesti maħtura fuq il-każ tas-Sa Nicolette Ghirxi. Inkjesta indipendenti mmexxija mill-Imħallef Emeritu Lawrence Quintano kif ukoll dik tal-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija.
Ta’ min isemmi wkoll illi hemm ukoll laqgħa skedata bejn il-Gvern u l-familja tas-Sa Ghirxi. Dan kien ikkonfermat mal-ġurnalisti iktar kmieni dalgħodu mill-membri tal-Gvern.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN