Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ġimgħa mill-aqwa għat-turiżmu f’Għawdex

pr241342
Date Icon 19/08/2024

F'Għawdex, bħas-snin preċedenti, il-ġimgħa ta' Santa Marija kienet waħda ferm impenjattiva mil-lat turistiku.

Bejn it-Tnejn 12 u l-Ħadd 18 ta' Awwissu, il-kumpanija Gozo Channel, permezz ta' erba' vapuri, operat xejn inqas minn 700 vjaġġ fejn, għal xi ħin, il-vjaġġi bdew isiru anke mingħajr skeda biex tlaħħaq mad-domanda. Matul din il-ġimgħa, il-Gozo Channel ġarret madwar 135,660 passiġġier u 46,740 vettura, ċifri li huma ferm simili għal dak li ġarret il-kumpanija matul l-istess ġimgħa tas-sena l-oħra.

Matul l-istess ġimgħa, il-kumpanija Gozo Highspeed, li topera s-servizz tal-fast ferry bejn il-gżejjer, operat madwar 220 vjaġġ u ġarret madwar 28,550 passiġġier mill-Belt Valletta għal Għawdex u lura.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri qal li għal darb'oħra, din il-ġimgħa partikolari fis-sena laħqet l-aspettattivi tal-operaturi turistiċi fil-gżira Għawdxija. “Kellna kummenti pożittivi ħafna mill-operaturi turistiċi fejn ilkoll rreġistraw full capacity matul din il-ġimgħa tas-sena li hi kkunsidrata bħala l-aqwa ġimgħa tas-sajf," qal il-Ministru Camilleri.

Huwa sostna li riżultati bħal dawn huma xhieda li l-ħidma li qed iwettaq il-Gvern qed tħalli l-frott fejn Għawdex qed jattira lejh ammont ta' turiżmu kemm intern kif ukoll internazzjonali.

“Permezz ta' għażla vasta ta' attivitajiet, ikkumplimentat bil-ġmiel naturali li joffri Għawdex, qed inkunu l-għażla naturali ta' bosta, u l-kummenti li qed nirċievu huma inkoraġġanti ferm," temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow