STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
Il-Gvern, filwaqt li jieħu nota tal-istqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni dwar il-każ marbut mal-proċess ta’ estradizzjoni tas-Sur Daniel Joseph Meli, jirrijafferma l-impenn espress fl-istqarrija tiegħu datata 15 ta’ Awwissu 2024, liema pożizzjoni kienet diġà kkomunikata personalment lill-qraba ta’ Meli f’laqgħa li seħħet aktar kmieni.
Il-Gvern jieħu l-okkażjoni jappella lill-Oppożizzjoni biex tapprezza l-kumplessità legali tas-sitwazzjoni, il-parametri legali ta’ trattat ffirmat fl-2006 u l-aċċettazzjoni volontarja bl-assistenza ta’ Avukat.
Il-Gvern qed jevalwa kull mezz fil-parametri legali u anke oħrajn biex min kiser il-liġi f’Malta jaffaċċja l-ġustizzja f’Malta, filwaqt li se jkun qiegħed jassigura salvagwardji aktar b’saħħithom fil-proċedura fejn persuna tagħti volontarjament il-kunsens tagħha għall-estradizzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN