STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA: Madwar 30,000 persuna jattendu l-kunċert SummerDaze f’Ta’ Qali
pr241339
16/08/2024
Madwar 30,000 persuna attendew il-kunċert SummerDaze f’Ta’ Qali bis-sehem ta’ artisti internazzjonali bħal Sam Smith, Becky Hill u b’mod partikolari l-artist lokali Shaun Farrugia li għalih dan il-festival serva ta’ opportunità biex bħala artist Malti jkompli jesponi t-talenti tiegħu fid-dinja tad-divertiment.
Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo rrimarka kif dan kien avveniment ieħor ta’ suċċess li jsaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna f’din l-industrija li hija niċċa importanti oħra li joffri pajjiżna fil-qasam turistiku.
Ritratti: MTP
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN