Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR

pr241301
Date Icon 05/08/2024

L-Oppożizzjoni qed tfittex li tbiddel proġett nazzjonali ta' importanza kbira f'ballun politiku minflok tkun kommessa biex jitwettaq dan il-proġett.

Kuntrarjament għal dak li qalet l-Oppożizzjoni, is-sentenza tal-Qorti tal-Appell relatata mat-tender, ma daħlitx fil-proċedura li addottat WasteServ biex tikklassifika lill-offerenti jew il-punteġġi li ngħataw, li kienu wkoll ikkonfermati mill-aqwa ditti internazzjonali fil-qasam.

Id-deċiżjoni tal-Qorti ikkonċentrat biss fuq kunflitti ta' interess perċepiti relatati mal-Bord ta' Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi.  Tant hu hekk, li sal-lum, id-dokumenti li jikkonsistu f'47 box-file għadhom issiġillati taħt firem minn dakinhar li ġew ddepożitati l-Qorti f'Marzu li għadda.

Skont id-deċiżjoni tal-Qorti, WasteServ ser tkun qed terġa' tibda l-proċess ta' evalwazzjoni fost l-offerenti kollha interessati u ser tagħżel l-offerent skont linji gwida stretti u trasparenti, li ġew ivvettjati minn konsulenti internazzjonali ewlenin fil-qasam.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow