Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT: Iffirmat ftehim li se jwassal għal taħriġ ta’ kelb tal-assistenza

PR241291
Date Icon 02/08/2024

Ġie ffirmat ftehim bejn is-Service Dogs Malta Foundation u l-Gvern, li permezz tiegħu, il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat se jinvesti bi €15,000 f’fondi biex jitħarreġ kelb tal-assistenza, it-tielet kelb li ser ikun qed jingħata taħriġ permezz ta’ assistenza finanzjarja mill-ministeru.

Dan il-qbil tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia Portelli fil-preżenza tad-Direttur Maniġerjali tas-Service Dogs Malta Foundation Joseph Stafrace, waqt attività li mmarkat il-bidu tal-Ġimgħa Internazzjonali tal-Klieb tal-Assistenza. 

Il-Ministru Farrugia Portelli fissret is-sodisfazzjon tagħha favur din l-inizjattiva. “Kuntenti li għal darb’oħra ser inkunu ta’ għajnuna għas-Service Dogs Malta Foundation fil-ħidma eċċezzjonali tagħhom favur l-inklużjoni. Din l-għotja mhux biss ittejjeb il-ħajja ta’ individwi fl-ispettru tal-awtiżmu iżda tenfasizza wkoll il-kontribuzzjonijiet tremendi tas-settur tal-volontarjat fil-qasam tad-diżabilità. Inħares ’il quddiem biex naħdmu ferm aktar ma’ din l-għaqda,” temmet tgħid il-ministru. 

Min-naħa tiegħu, is-Sur Joseph Stafrace qal, “Permezz ta’ din l-għajnuna finanzjarja li qegħdin nirċievu mingħand il-ministeru, is-Service Dogs Malta Foundation se tkun f’pożizzjoni li tkompli toffri l-assistenza tagħha biex jitħarrġu iktar klieb li jagħtu ħajja ta’ kwalità lill-persuni li għandhom bżonn. Infatti, din is-sena għadhom kemm gradwaw sitt klieb u bi pjaċir nista’ nħabbar li hemm għaxart iklieb oħra li qegħdin fit-taħriġ biex jekk jilħqu l-livell mistenni, fis-sena 2025 jikkwalifikaw bħala sevice dogs.” 

Dan il-finanzjament ġdid se jippermetti lill-fondazzjoni tħarreġ kelb gwida speċifikament għall-bżonnijiet uniċi ta’ persuna fl-ispettru tal-awtiżmu, sabiex irawwem indipendenza, sigurtà u appoġġ emozzjonali akbar. Din l-għotja se tagħmel differenza kbira fil-ħajja tal-individwu li ser jirċievi dan il-kelb hekk kif ser toffrilhom sieħeb leali li jista’ jgħin biex jinnaviga l-isfidi ta’ kuljum u jtejjeb il-benesseri ġenerali tagħhom. 

Preżenti għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim kien hemm numru ta’ service-users li sabu l-appoġġ tas-Service Dogs Malta Foundation. Fost dawn, Cedric, żagħżugħ bl-awtiżmu li permezz tal-kelb tiegħu Daisy kiseb lura ħafna kunfidenza li qed tgħinu fil-ħajja ta’ kuljum. Preżenti kien hemm ukoll Kristina, li permezz tal-kelb tal-għajnuna tagħha Ollie, kompliet it-traġitt edukattiv tagħha fl-MCAST hekk kif issa tista’ toħroġ u titla’ tal-linja waħedha, fejn qabel, mingħajr il-kelb, ma kinitx tagħmel dan.

Is-Service Dogs Malta Foundation ser tkun qed torganizza numru ta’ attivitajiet intiżi biex titqajjem kuxjenza dwar l-esperjenzi differenti ta’ dawk kollha li jagħmlu użu minn kelb tal-assistenza waqt il-Ġimgħa Internazzjonali għall-Klieb ta’ Assistenza mill-4 sal-10 ta’ Awwissu 2024. 

Iffirma dan il-ftehim f’isem il-ministeru, is-Segretarju Permanenti Mark Musu.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT: Iffirmat ftehim li se jwassal għal taħriġ ta’ kelb tal-assistenza
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT: Iffirmat ftehim li se jwassal għal taħriġ ta’ kelb tal-assistenza
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow