Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda l-11-il edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival

pr241274
Date Icon 30/07/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, nieda l-ħdax il-edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival. Dan il-festival, li issa sar sinonimu mal-bajja tax-Xlendi, ser jittella' nhar is-Sibt 3 ta' Awwissu.

Id-dettalji dwar il-Festival tħabbru waqt l-inawgurazzjoni ta' wirja taċ-ċeramika li hi abbinata ma' dan il-festival u li qed tittella' fiċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella. F'din il-wirja, hemm esibiti xogħlijiet minn 30 ċeramista.

Il-Ministru Camilleri spjega li dan il-festival qed isir b'kollaborazzjoni bejn id-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru u l-Kunsill Lokali tal-Munxar. Waqt dan il-festival, xejn inqas minn 40 ċeramist, kemm lokali kif ukoll internazzjonali ser ikunu qed jaħdmu u jesponi x-xogħlijiet tagħhom fejn għal din is-sena ser tingħata aktar importanza l-aspett ta' integrazzjoni soċjali hekk kif xi parteċipanti huma persuni b'diżabilità. Apparti dan, ser ikun hemm ukoll spazju 'hands on' biex it-tfal ikunu mħeġġa jaħdmu ċ-ċeramika.

“Jikkumplimenta dan kollu ser ikun hemm ukoll il-fjakkolata tax-Xlendi, mużika live minn bands lokali kif ukoll attrazzjonijiet oħra marbuta ma' dan il-festival, li sena wara l-oħra qed ikompli jikber u jattira lejh aktar udjenza," tenna l-Ministru.

Il-Ministru Camilleri rringrazzja b'mod partikolari lill-organizzaturi ta' dan il-festival li ta' kull sena jkomplu juri impenn u determinazzjoni li jkabbru dan il-festival u li sar attrazzjoni matul is-sajf.

Għal Gozo Ceramics Festival ser ikun hemm ukoll servizz ta' Park & Ride.

Il-wirja taċ-ċeramika fiċ-Ċittadella tibqa' miftuħa sa nhar it-Tlieta, 27 ta' Awwissu 2024.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda l-11-il edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda l-11-il edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda l-11-il edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Titnieda l-11-il edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow