Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-fond Rock'N Malta 2025

pr241250
Date Icon 24/07/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar li fetħu l-applikazzjonijiet għall-fond Rock'N Malta 2025, fejn qed jiġu allokati fondi li jammontaw għal €300,000.

Dan il-fond huwa parti mill-portafoll estensiv ta' Festivals Malta bil-għan li toffri għajnuna finanzjarja kif ukoll linji gwida fl-organizzazzjoni lill-artisti, l-organizzaturi u l-promoturi ta' avvenimenti tal-mużika rock u s-sottoġeneri tagħha.

“Dan il-fond jgħin biex jtejjeb l-ambjent kulturali u mużikali ta' pajjiżna fil-qasam tal-ġeneru rock. Il-fondi allokati joffru appoġġ siewi lil dawk li jaħdmu fil-qasam tal-mużika rock, u ninsab kuntent li dan il-programm kompla jissaħħaħ tul is-snin. Aħna kommessi li nkomplu nappoġġjaw l-artisti u l-organizzaturi biex itejbu l-kwalità tal-avvenimenti kulturali f'Malta," sostna l-Ministru Bonnici.

Il-Ministru kompla li tul is-snin, Rock'N Malta kien ta' benefiċċju għal diversi avvenimenti lokali bħal Rock the South, Dark Malta, Earth Garden, Għaxaq Music Festival u oħrajn, kif ukoll għal kunċerti minn artisti bħal Lordi, Anastasia, Dream Theatre, Steve Hackett u aktar.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Festivals Malta, Frans Agius spjega, “Permezz ta' Rock'N Malta, Festivals Malta qed tilħaq firxa usa' ta' udjenza minn dik li nilħqu bil-festivals tagħna. B'dan il-fond qed inkomplu ninvestu fil-ġeneru tar-rock, u ser inkomplu naħdmu biex nagħtu aktar importanza lil dan is-settur mużikali li tant huwa popolari f'pajjiżna."

Waqt il-konferenza tal-aħbarijiet ġiet żvelata wkoll il-brand il-ġdida ta' Rock'N Malta. “Ħassejna l-importanza li nagħtu identità aktar vibranti lill-inizjattiva mhux biss biex il-brand tkun aktar appellabbli iżda tkun qed tirrappreżenta l-ġeneru tar-rock b'mod aħjar," ikkonkluda s-Sur Agius.

L-applikazzjonijiet għall-fond Rock'N Malta 2025 jagħlqu fl-20 ta' Settembru 2024. Kull min hu interessat japplika għandu jżur is-sit www.festivals.mt għal aktar informazzjoni.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-fond Rock'N Malta 2025
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-fond Rock'N Malta 2025
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow