Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI

pr241249
Date Icon 24/07/2024

Is-Sa Nancy Caruana se tibda sservi fil-kariga ta' Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi. Bħalissa hi qed tokkupa l-kariga ta' Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u s-settur tal-Volontarjat liema rwol se jkun qed jassumih is-Segretarju Permanenti s-Sur Mark Musu b'żieda mal-irwol li għandu llum. 

Dawn il-ħatriet saru wara li l-Uffiċċju tas-Segretarju Permamenti Ewlieni rċieva r-riżenja tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi s-Sur Ronald Mizzi. Fl-ittra tiegħu s-Sur Mizzi tenna li huwa fiduċjuż li fil-Qorti se joħorġu fatti li jiskulpawh, iżda jemmen li f'dan il-mument, din hija l-iktar għażla personali li tagħmel sens u li tirrispetta lill-amministrazzjoni pubblika.

Is-Sa Nancy Caruana, diġà għandha esperjenza fl-Ekonomija u serviet bħala Segretarju Permanenti f'dan il-Ministeru għal tmien snin bejn l-2014 u l-2022.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow