Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imniedi l-Fond għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-Komunità

pr241245
Date Icon 24/07/2024

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti nieda mill-ġdid il-Fond għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-Komunità.

Dan il-Fond joffri opportunità lill-għaqdiet volontarji sabiex jiksbu appoġġ finanzjarju għall-proġetti innovattivi fil-komunità. L-għan ta' dan il-fond huwa li jiġu implimentati proġetti li jiffukaw fuq l-iżvilupp, ir-riċerka u l-innovazzjoni li jwasslu għal komunitajiet aktar sostenibbli u kreattivi.

Permezz ta' dan il-Fond, għadd ta' għaqdiet volontarji rnexxielhom iwettqu proġetti li tejbu l-ħajja ta' ħafna nies fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex. Għal din is-sena hemm allokat total ta' €300,000 u kull proġett se jkun eliġibbli għal massimu ta' €8,000.

Is-segretarju parlamentari stqarr li, “Din l-inizjattiva diġà ħalliet impatt pożittiv fil-komunitajiet tagħna. Għadd ta' għaqdiet volontarji diġà gawdew minn din l-iskema u rnexxielhom iwettqu proġetti li tejbu l-ħajja ta' ħafna nies. Għaldaqstant inħeġġeġ aktar għaqdiet volontarji biex japplikaw għall-fondi minn din l-iskema sabiex iwettqu aktar proġetti fil-komunitajiet tagħna."

Għal aktar informazzjoni żur is-sit: youths.gov.mt/services/.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Imniedi l-Fond għall-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-Komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow