Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI Ħruġ ġdid ta’ Stock tal-Gvern ta’ Malta b’Rata ta’ Mgħax Fissa – Awwissu 2024

PR241230
Date Icon 19/07/2024

L-Accountant General qiegħed iħabbar il-ħruġ ta' Stock tal-Gvern ta' Malta ta' mitejn u sebgħin miljun ewro (€270,000,000) f'xi wieħed jew aktar miż-żewġ stocks imsemmija aktar 'l isfel:

i) 3.40% Stock tal-Gvern ta' Malta 2027 (VI) Fungibility Issue (F.I); u

ii) 3.50% Stock tal-Gvern ta' Malta 2034 (III).

Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b'ammont sa massimu ta' €130,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

Il-membri tal-pubbliku li huma interessati li jinvestu, jistgħu japplikaw għall-ammont sa massimu ta' erba' mija disgħa u disgħin elf u disa' mitt ewro (€499,900) kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed miż-żewġ stocks. L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn persuna waħda jew flimkien ma' persuna jew persuni oħra. L-applikazzjonijiet għall-membri tal-pubbliku jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn 29 ta' Lulju 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa 31 ta' Lulju 2024 jew aktar kmieni, fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-applikazzjonijiet mingħand investituri wholesale magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu l-Ġimgħa 2 ta' Awwissu 2024 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f'12.00 pm (f'nofsinhar) (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General.

L-Accountant General ser ikun qed iħabbar il-prezz ta' kull stock li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku nhar il-Ħamis 25 ta' Lulju 2024. Dawn il-prezzijiet ser jiġu ppubblikati permezz ta' stqarrija maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI).

Ir-riżultat tal-allokazzjoni ta' kull stock li jiġi allokat lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f'offerti b'irkant, jiġi mgħarraf sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-irkant.

Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-membri kollha tal-Borża ta' Malta u fornituri oħra awtorizzati ta' servizzi ta' investiment. Il-formoli tal-applikazzjonijiet jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor www.treasury.gov.mt minn nhar il-Ġimgħa 26 ta' Lulju 2024.

Aktar tagħrif dwar dawn l-istocksjinsab fiċ-Ċirkolari tal-Offerta li tista' titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor.




Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow