STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER
PR241221
18/07/2024
L-Ispeaker Anġlu Farrugia inawgura Wirja Artistika 'Visions of Time'tas-Sur Joseph Engerer fil-Parlament ta' Malta.
Joseph Engerer, artist Għawdxi, li jitqies bħala pittur ewlieni ta' still life, qed jesebixxi xogħlijiet tal-arti fil-Parlament fost dawn u xeni tal-imgħoddi tal-gżira t' Għawdex.
F'diskors tiegħu, l-Ispeaker faħħar ħidmet l-artist filwaqt li għamel riferenza dwar ir-responsabiltà tal-politiku rigward il-ġid komuni, u l-importanza li kull żvilupp ikun wieħed meqjus u li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja umana.
Il-pubbliku hu mistieden jżur din il-wirja ġewwa l-foyer tal-bini tal-Parlament ta' Malta sat-8 ta' Awwissu 2024.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN