Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI: Ikomplu r-riformi u t-tisħiħ fis-Servizz Pubbliku

pr241210
Date Icon 16/07/2024

Bħala parti minn sensiela ta’ riformi maħsuba biex ikomplu jsaħħu s-Servizz Pubbliku, mijiet ta’ ħaddiema f’livelli differenti ta’ tmexxija tal-istess servizz pubbliku se jkunu qed jaraw titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.

Dawn il-ħaddiema jinkludu Diretturi Ġenerali, Chief Information Officers, Diretturi u Assistenti Diretturi. Id-deċiżjonijiet ittieħdu wara eżerċizzju ta’ evalwazzjoni.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana radd ħajr ukoll lill-Prim Ministru Robert Abela għall-appoġġ tiegħu f’dan il-proċess ta’ tisħiħ li qed iwassal biex jitjiebu l-kundizzjonijiet, inkluż dawk finanzjarji, ta’ tant ħaddiema li huma kruċjali biex iċ-ċittadin jingħata servizz aħjar. 

F’dawn l-aħħar sentejn ingħalqu iktar minn 76 ftehem kollettiv li fihom intlaqtu b’mod pożittiv aktar minn 33,000 impjegat. Fil-fatt, apparti l-ftehim mal-edukaturi din il-ġimgħa, fl-aħħar xhur ġew konklużi wkoll ftehimiet għall-infermiera u l-qwiebel, il-Pulizija, kif ukoll gradi industrijali u ta’ general services tas-Servizz Pubbliku fost oħrajn. Uħud kienu qed jaraw ftehimiet għall-ewwel darba wara ħafna snin.  

Is-Sur Sultana fakkar kif l-impenn għal iktar titjib mhux se jieqaf hawn, hekk kif bħalissa qed jiġi wkoll negozjat il-Public Service Agreement għall-ħaddiema kollha tas-Servizz Pubbliku għall-ħames snin li ġejjin. 

“Dan kollu qed isir fi strateġija biex l-amministrazzjoni pubblika tibqa’ tinvesti fl-uffiċjali pubbliċi fejn kull impjegat, hu f’liema livell hu, jitqies importanti b’ħiliet imprezzabbli. Flimkien mal-kundizzjonijiet finanzjarji, qed tkompli ssir enfasi fuq taħriġ speċjalizzat,” qal is-Sur Sultana.

Fil-fatt kien spjegat kif f’ittra li ntbagħtet lil kull individwu affettwat mit-tibdil imħabbar illum, il-Kap tas-Servizz Pubbliku tenna li l-uffiċjali pubbliċi li jinsabu fit-tmexxija tas-Servizz Pubbliku jimmeritahom kundizzjonijiet riveduti u mtejba li jirriflettu r-responsabbiltajiet li ġġib magħha l-kariga. Huwa rringrazzja lill-uffiċjali kollha u enfasizza li l-uffiċjali kollha għandhom jaħdmu flimkien għall-ġid tas-Servizz Pubbliku u lejn aktar titjib fis-servizzi mogħtija liċ-ċittadini.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow