Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Tiġdid tal-Ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali

pr241191
Date Icon 11/07/2024

L-Anzjanità  Attiva u Kura fil-Komunità estendiet ftehim soċjali illi kellha mal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali. Permezz ta' dan il-ftehim il-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali se tkun qed tkompli tipprovdi ħaddiema soċjali biex ikunu ta' servizz għall-anzjani li jitolbu għajnuna ta' natura soċjali lill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. 

Dawn id-dettalji tħabbru nhar il-Ħamis filgħodu, waqt konferenza tal-aħbarijiet, mill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea.

Intqal illi dan is-servizz ta' Social Work għandu  l-għan li  jipprovdi sapport u  assistenza lill-anzjani. Dan is-servizz jittratta ma' każijiet ta' natura soċjali u jipprovdi sapport lill-klijenti, assessjar fuq is-servizz tal-Home Help, kif ukoll koordinament ma' sptarijiet ġerjatriċi u sptarijiet ta' riabilitazzjoni, fost oħrajn. Rapporti fuq persuni anzjani illi għandhom kundizzjoni akuta u li jgħixu f'dar residenzjali huma wkoll parti minn dan is-servizz.

Ġie spjegat ukoll li t-taqsima tas-Social Work, li tieħu ħsieb dan is-servizz, tinvestiga każijiet soċjali u tieħu azzjoni kif meħtieġ.  Din it-taqsima  tikkordina wkoll mad-dipartiment tas-saħħa, il-pulizija, il-kunsilli lokali, il-kappillani u organizzazzjonijiet oħra.

Il-Ministru Michael Falzon qal, “Dan il-Gvern verament jemmen fil-benesseri  u kwalità ta' ħajja aħjar, u għalhekk ser inkomplu ninvestu f'aktar riżorsi umani sabiex jgħinu fil-ħarsien ta' persuni illi għandhom bżonn t'għajnuna."

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar dan il-ftehim u qal, “Din il-kollaborazzjoni se tkompli ssaħħaħ l-użu effettiv tar-riżorsi tagħna. Aħna impenjati li nieħdu ħsieb kemm il-ħaddiema kif ukoll is-servizzi offruti, biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani tagħna. Nħares 'il quddiem biex inkomplu nespandu dan il-mudell ta' kollaborazzjoni ma' entitajiet oħra biex noffru servizz eċċellenti lill-anzjani tagħna."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Tiġdid tal-Ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA: Tiġdid tal-Ftehim bejn l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità u l-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow