Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat

pr241151
Date Icon 04/07/2024

Il-President ta' Malta Myriam Spiteri Debono żaret l-Arkivji Ċentrali fl-Isptar Santu Spirtu tar-Rabat ta' Malta, fuq stedina tas-Sur Charles Farrugia, l-Arkivist Nazzjonali.

Matul din iż-żjara, il-President iltaqgħet mal-impjegati u voluntiera li jgħinu, u mat-tmexxija fejn ġie spjegat lilha d-diversi sezzjonijiet u x-xogħol li dawn jagħmlu.

Ġie enfasizzat mit-tmexxija l-urġenza li jkun identifikat sit sabiex jinbena arkivju nazzjonali skont l-aqwa kriterji fil-qasam tal-arkivjar ħalli jkunu salvagwardjati d-dokumenti li jiġbru l-istorja u l-memorja kollettiva tal-Maltin.

Il-President fehmet id-diffikultajiet li l-amministrazzjoni tal-Arkivji Nazzjonali qed tiffaċċja fix-xogħol tagħha, u qablet li għandu jkun provdut sit idoneu u adegwat sabiex anke jkun provdut spazju li kull sena jeħtieġ jiżdied minħabba dokumenti ġodda.

Saħqet ukoll fuq il-bżonn li d-dokumenti ma jibqgħux f'siti differenti iżda jkunu miġbura f'post wieħed.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT Il-President iżżur l-Arkivji Nazzjonali tar-Rabat
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow