Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Malta ser tospita t-Tielet Simpożju tal-WHO dwar is-sistemi tas-saħħa diġitali

PR241147
Date Icon 03/07/2024

Is-sena li ġejja Malta ser tkun qed tospita t-Tielet Simpożju tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar is-sistemi tas-saħħa diġitali. Dan kien maqbul waqt laqgħat fid-Danimarka bejn il-Ministru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela u d-Direttur Reġjonali tal-WHO, Dr Hans Kluge u d-Diretturi tal-Kunsill Eżekuttiv tal-WHO.

Lejn l-aħħar kwart tas-sena d-dieħla, Malta ser tospita dan is-Simpożju għar-Reġjun Ewropew tal-WHO.  Fost oħrajn, din il-laqgħa ser tlaqqa’ professjonisti kliniċi, dawk li jfasslu l-politika u s-settur privat.

Il-Ministru Jo Etienne Abela laqa’ b’sodisfazzjon din l-aħbar fejn għal darb’oħra pajjiżna ser ikun fuq quddiem f’inizjattivi għas-settur tas-saħħa. Huwa sostna li Malta tappoġġja l-inizjattivi tal-WHO fil-qasam tas-saħħa diġitali u spjega kif bl-appoġġ tal-WHO, pajjiżna qed ifassal Strateġija għas-Saħħa Diġitali li ser titnieda għal konsultazzjoni pubblika aktar tard din is-sena fejn ser tistabbilixxi viżjoni sal-2030 f’dan il-qasam.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Malta ser tospita t-Tielet Simpożju tal-WHO dwar is-sistemi tas-saħħa diġitali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow