Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Għaddej ġmielu x-xogħol fuq faċilità ġdida għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Tessuti u Ċelloli Staminali

PR241129
Date Icon 28/06/2024

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanita Attiva Jo Etienne Abela żar ix-xogħlijiet li qed jitwettqu mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi flimkien mas-Servizz Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm bħala parti minn proġett ta’ €30 miljun li ser jara faċilità ġdida għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Il-faċilità mistennija tilqa’ għal diversi rekwiżiti, inklużi servizzi ġodda.

Iċ-ċentru l-ġdid se jiżgura t-tkomplija tas-servizzi ewlenin attwali filwaqt li jappoġġja l-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda li se jippermettu l-iżvilupp ta’ strateġiji terapewtiċi ġodda bħal laboratorji għall-ipproċessar tad-demm, ittestjar tad-demm, mikrobijoloġija u kontroll tal-kwalità, kif ukoll faċilitajiet li jippermettu manipulazzjoni taċ-ċelloli.

Is-servizzi l-ġodda se jinkludu wkoll faċilitajiet ta’ Tissue Typing (HLA), servizzi bankarji taċ-ċelloli staminali u tal-mudullun. Tissue Typing jintuża biex iqabbel pazjenti u donaturi għat-trapjanti tad-demm tal-mudullun jew tal-kurdun.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega li l-introduzzjoni ta’ dawn is-servizzi ġodda se jikkumplimenta l-Isptar tal-Onkoloġija u ġġib fi tmiemha l-ħtieġa li wieħed jsiefer għall-kura meta jkun għaddej minn kimoterapija intensiva jew trattament radjoloġiku li jeħtieġ li jkun appoġġjat minn trapjanti ta’ ċelloli staminali.

“Dan il-proġett, li huwa kofinanzjat minn fondi Ewropej, mistenni li jkun lest fl-2025. Permezz ta’ din il-faċilità ġdida se ttejjeb kemm l-ambjent tax-xogħol, li minnu jibbenefikaw kemm il-pazjenti kif ukoll l-impjegati, filwaqt li se toffri wkoll opportunitajiet ġodda għax-xjentisti, l-istaff u l-istudenti tax-xjenza tas-saħħa”, temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Għaddej ġmielu x-xogħol fuq faċilità ġdida għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Tessuti u Ċelloli Staminali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Għaddej ġmielu x-xogħol fuq faċilità ġdida għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Tessuti u Ċelloli Staminali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Għaddej ġmielu x-xogħol fuq faċilità ġdida għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Tessuti u Ċelloli Staminali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA: Għaddej ġmielu x-xogħol fuq faċilità ġdida għas-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm, Tessuti u Ċelloli Staminali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow