Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Lorelle Ebejer hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2024

pr241080
Date Icon 21/06/2024

Lorelle Ebejer, studenta tas-sitt sena fl-Iskola Primarja Statali tal-Kulleġġ San Injazju, Ħal Luqa, hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2024.

Il-President Myriam Spiteri Debono ppreżentat il-midalja tal-premju waqt ċerimonja fil-Palazz ta' Sant'Anton.

Waqt il-preżentazzjoni, intqal kif Lorelle, fis-skiet iżda b'sabar u mħabba kbira, saret l-akbar ħabiba ta' tifel bil-kundizzjoni tal-awtiżmu. Hija tat kontribut ferm siewi biex l-istess student jimxi 'l quddiem u jagħmel differenza kbira fil-ħajja tiegħu, wara biss sena li saret tafu.

Il-President Myriam Spiteri Debono rrikonoxxiet il-kontribut ta' Patri Dijonisju Mintoff li, “Tul is-snin fittex illi jinfluwenza n-nisġa tat-tessut soċjali f'pajjiżna permezz ta' Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija."

Il-President fissret kif, “L-aċċettazzjoni ta' xulxin hija neċessarja għaliex il-prinċipju ewlieni li fejn naraw il-bżonn, kif għamlet Lorelle, tat l-għajnuna, huwa l-bażi tal-paċi, anke tal-paċi fid-dinja."

Il-Laboratorju tal-Paċi jorganizza dan il-Premju ta' kull sena bil-għan ukoll li kull sena jitfakkar il-Papa Ġwanni XXIII – il-Papa li għallem fuq il-paċi fid-dinja u fuq it-tjubija li tinbena fit-tfal biex tibqa' titwettaq tul iż-żminijiet.


STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Lorelle Ebejer hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Lorelle Ebejer hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Lorelle Ebejer hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Lorelle Ebejer hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2024
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT: Lorelle Ebejer hija r-rebbieħa tal-Premju Papa Ġwanni XXIII għat-Tjubija 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow