Left arrow Go Back

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

pr241032
Date Icon 09/06/2024

Skont id-Direttiva dwar l-Ilma għall-Għawm, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li, sakemm joħroġ avviż ieħor, mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ fuq il-bajja li setgħet affettwat il-kwalità tal-ilma tajjeb għall-għawm u li tista' tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema kif indikat. Saret ħidma minnufih minn taqsima fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fejn saru x-xogħlijiet neċessarji fejn ġie iddentifikat il-kaġun tal-problema ta' materjal li mhux suppost jintefa' fil-main sewer, kif ukoll tnaddfet il-bajja.

Irriżulta li ħarqa tat-trabi mgeżwra f'xugaman ġew mitfugħa deliberatament, probabbilment billi nfetħet tappiera. Dan l-att irresponsabbli premeditat mhux biss fixkel is-servizzi iżda wkoll ikkawża mblukkar tal-drenaġġ li kawża t'hekk skula fil-bajja. Il-WSC għamlet rapport lill-Pulizija, u l-awtoritajiet bħalissa qed jirrevedu l-filmat tas-CCTV miż-żona.

Bħala prekawzjoni l-bajja ngħalqet u ttieħdu kampjuni biex tiġi determinata jekk il kwalità tal-ilma ġietx affettwata. F'dan l-istadju ma jistax jiġi mbassar jekk l-iżbroff tad-drenaġġ wasalx sal-baħar.

Kodiċi tas-sit:A12
Lokalità:Il-Bajja ta' San Ġorġ, Birżebbuġa

Tabelli li jindikaw iż-żona ġew imwaħħla fis-sit. Meta l-kwalità tkun tajba għall-għawm it-tabelli ser jitneħħew u tinħareġ stqarrija għall-istampa oħra biex tinnotifika lill-pubbliku li s-sit huwa mill-ġdid tajjeb għall-għawm.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq wrau.ehd@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta  jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.

AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow