Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 Ta' Ġunju, 2024

pr241011
Date Icon 06/06/2024

Trasport għall-Assistenti Kummissjonarji Elettorali s-Sibt, 8 ta'Ġunju, 2024

Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar illi, bil-għan biex tiffaċilita' t-trasport tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali sabiex jaslu fil-post tal-votazzjoni assenjati lilhom fis-6.00 am nhar jum il-votazzjoni, is-Sibt, it-8 ta' Ġunju, 2024, b'arranġament ma' Transport Malta, it-trasport pubbliku ser jitħaddem aktar kmieni mis-soltu f'dak il-jum.

Ir-rotot skedati kollha 1, 2, 3, 4, 13, 14, 16, 21, 22, 24, 31, 35, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 47, 48, 51, 52, 53, 54, 56, 58, 61, 62, 63, 71, 72, 73, 81, 82, 83, 84, 88, 91, 92, 93, 94, 122 u X4 ser jitilqu mill-outstationsfl-4.30 am.  L-istess rotot jitilqu mill-Belt Valletta fil-5.00 am.*  Għal dan it-trasport ma jintalabx ħlas sakemm il-persuna turi t-Tag tal-Identita' maħruġa mill-Kummissjoni Elettorali.

Wara li jsir id-depositu tal-kaxex tal-voti u materjal ieħor tal-elezzjoni fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar, wara l-10.00 pm, l-Assistenti Kummissjonarji Elettorali jkollhom trasport provdut (ukoll mingħajr ħlas) permezz ta' minibuses lejn il-lokalitajiet kollha ta' Malta.

* Skeda dettaljata tinsab annessa ma' din l-istqarrija (pr241011a).

pr241011a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow