STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA L-artist internazzjonali Sam Smith f’Malta għal Summerdaze 2024
L-avveniment mużikali Summerdaze ser jerġa' jirritorna f'pajjiżna nhar il-Ħamis 15 ta' Awwissu fil-Park Nazzjonali Ta' Qali. L-edizzjoni ta' din is-sena ser tkun qiegħda tilqa' f'pajjiżna l-artisti ta' fama internazzjonali Sam Smith u Becky Hill flimkien ma' mużiċisti barranin oħrajn minn BBC Radio Dance Anthems, Charlie Hedges and friends Djing.
Summerdaze ta' din is-sena ser ikun qiegħed jinvolvi wkoll artisti lokali li jinkludu lil Shaun Farrugia kif ukoll oħrajn li l-ismijiet tagħhom mistennija jitħabbru fil-ġimgħat li ġejjin.
Dawn id-dettalji tħabbru f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza taċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia.
Il-Ministru Clayton Bartolo saħaq kif għal sena oħra reġa' għandna kunċert ieħor ta' Summerdaze li mistenni jattira numru kbir ta' turisti barranin iżda anke Maltin u Għawdxin lejn Ta' Qali. “Il-fatt li jkollok taħlita ta' artisti popolari bħal Sam Smith u Becky Hill flimkien ma' uċuħ lokali f'serata waħda hija opportunità li fiha nsaħħu l-viżibilità ta' pajjiżna fid-dinja tad-divertiment," iddikjara l-Ministru Clayton Bartolo.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN