STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta tingħaqad ma’ stati membri oħra tal-UE biex ittaffi s-sitwazzjoni umanitarja fis-Sirja
Malta għal darb’ oħra qed tingħaqad ma’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea li qed jikkommettu għajnuna finanzjarja għall-komunitajiet Sirjani li qed jgħixu diffikultajiet umanitarji kemm ġewwa s-Sirja kif ukoll f’pajjiżi ġirien u fil-komunitajiet li qed jospitawhom fit-Turkija, il-Lebanon, il-Ġordan u l-Iraq.
L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea lill-poplu tas-Sirja għall-2024 u l-2025 tħabbret waqt it-tmien edizzjoni tal-Konferenza ta’ Brussell bit-tema ‘Nappoġġjaw il-futur tas-Sirja u r-reġjun’, li saret fi Brussell, it-Tnejn filgħaxija. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg u r-Rappreżentazzjoni ta’ Malta għall-UE ħadu sehem f’din il-laqgħa f’isem Malta.
Il-kriżijiet ekonomiċi u umanitarji fis-Sirja u s-sitwazzjoni tar-rifuġjati Sirjani fil-pajjiżi ġirien qed tkompli sejra lura. L-għajnuna finanzjarja mwiegħda minn Malta u stati membri oħrajn hija parti minn sforz Ewropew sabiex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni umanitarja li qed tkompli sejra lura.
Waqt il-laqgħa, Malta tenniet l-impenn determinat tagħha għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà f’dan ir-reġjun, filwaqt li enfasizzat l-importanza li jerġa’ jitlaqqa’ l-Kumitat Kostituzzjonali, pass ewlieni fil-proċess politiku ffaċilitat min-Nazzjonijiet Magħquda.
Malta faħħret ukoll il-ħidma tal-pajjiżi ġirien tas-Sirja – l-Eġittu, il-Ġordan, il-Lebanon, l-Iraq u t-Turkija – sabiex jospitaw ir-refuġjati Sirjani, filwaqt li sejħet għal aktar appoġġ għal dawn il-pajjiżi sabiex isaħħu r-reżiljenza u l-iżvilupp tagħhom.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN