Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat l-ewwel bandli inklussiv fi Ġnien il-Kunsill, f’Birżebbuġa

pr240896
Date Icon 24/05/2024

F'Birżebbuġa, r-residenti issa għandhom l-ewwel bandli inklussiv u spazju miftuħ ieħor għall-familji. Qal dan is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia waqt l-inawgurazzjoni tar-rinovar ta' Ġnien il-Kunsill b'investiment ta' iktar minn kwart ta' miljun ewro. Dan il-proġett li sar b'kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa, ġie mfassal biex jipprovdi aċċessibbiltà sħiħa lit-tfal bi bżonnijiet speċjali u tfal bl-awtiżmu. 

F'dan il-proġett, barra l-installazzjoni ta' bandli ġodda u tagħmir għal-logħob ieħor, sar ukoll xogħol ta' manutenzjoni fuq il-ħitan eżistenti tal-ġnien, tindif tal-pavimentar u bdil tal-lampi kollha eżistenti li jdawwlu aktar u jikkunsmaw inqas enerġija. Il-proġett inkluda wkoll railing ġdid madwar il-ġnien kollu, restawr tal-bankijiet eżistenti u kif ukoll ġiet maħduma għamara ġdida addatata għal barra. Il-ġnien jinkludi wkoll sistemi ġodda ta' WIFI u kameras tas-sigurtà.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia qal, “L-inklussività f'dan l-ispazju pubbliku ser tagħti valur miżjud lil dan il-post. Bħala Gvern tajna kelma li mhux biss se nagħmlu proġetti ġodda fil-komunitajiet iżda se nagħmluhom biex minnhom igawdi kulħadd. Din il-kelma qed inżommuha u dan il-proġett huwa xiehda oħra ta' dan. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed nibdew iktar xogħlijiet fuq proġetti ta' dan it-tip biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-għejxien tal-familji Maltin u Għawdxin kollha."

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret ix-xogħlijiet li saru f'dan il-ġnien inklussiv, li jista' jitgawda minn kulħadd. “Li nkomplu nagħtu aktar spazji miftuħa lir-residenti tagħna hu ta' prijorità għal dan il-gvern. Nieħu pjaċir nara aktar kunsilli lokali li qed ikomplu jinvestu fi spazji miftuħa għall-komunitajiet tagħhom u dawk kollha li jżuruhom. Iżda l-akbar sodisfazzjoni f'din il-biċċa tax-xogħol tibqa' l-fatt li dan l-ispazju miftuħ flimkien mal-bandli hu wieħed inklussiv," temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Is-Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri qal li dan huwa pass importanti lejn komunità aktar inklussiva u tenna s-sodisfazzjon tal-Kunsill li r-residenti se jgawdu dan il-ġnien mill-ġdid. Huwa radd ħajr lid-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi għal dan il-proġett li kien tant bżonjuż f'din il-lokalità.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat l-ewwel bandli inklussiv fi Ġnien il-Kunsill, f’Birżebbuġa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat l-ewwel bandli inklussiv fi Ġnien il-Kunsill, f’Birżebbuġa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Inawgurat l-ewwel bandli inklussiv fi Ġnien il-Kunsill, f’Birżebbuġa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow