Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA IX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat il-proġett infrastrutturali ta’ Triq il-Marfa u r-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Għadira

pr240894
Date Icon 24/05/2024

Tlestew ix-xogħlijiet fuq il-proġett infrastrutturali fi Triq il-Marfa, il-Mellieħa, jew kif inhi magħrufa bħala t-Triq tal-Għadira. Dan il-proġett, b'investiment ta' madwar €10 miljun, kien jinvolvi l-bini mill-ġdid tat-triq u riġenerazzjoni tal-promenade tul il-bajja.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett, u l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika, Clayton Bartolo, inawguraw il-proġett li ħadmu b'kordinazzjoni u temmew b'suċċess flimkien il-professjonisti ta' Infrastructure Malta u l-Awtorità tat-Turiżmu.

Il-ħidma, li kienet mifruxa fuq tul ta' tliet kilometri fuq il-karreġġjati minn u lejn iċ-Ċirkewwa, bdew minn ħdejn ir-roundabout tal-Armier sar-roundabout tal-parti t'isfel tal-bajja tal-Għadira. Ix-xogħlijiet inkludew tqegħid ta' servizzi tal-ilma, sistemi ġodda ta' distribuzzjoni tal-enerġija, bini mill-ġdid tat-triq u xogħol ta' tisbiħ. Waqt dawn ix-xogħlijiet, l-Awtorità tat-Turiżmu ħadmet fuq il-bini mill-ġdid tal-promenade, mir-roundabout fejn tibda l-bajja tal-Għadira sal-parkeġġ tal-Armier.

Il-proġett inkluda organizzazzjoni mill-ġdid tat-triq bl-introduzzjoni ta' parkeġġi fuq in-naħa tal-bajja fejn ikun hemm ħafna attività, b'hekk jonqos l-ammont ta' nies li jkollhom bżonn jaqsmu l-kareġġjati bil-mixi. Il-proġett inkluda wkoll l-introduzzjoni ta' infrastruttura pedonali tul il-proġett kollu, li se joffri iżjed sigurtà għal din iż-żona ffrekwentata minn mijiet t'eluf ta' persuni kull sena.

Fil-proċess tal-kostruzzjoni mil-ġdid ta' din it-triq, instabu servizzi li kienu fi stat ħażin u grazzi għall-interventi f'waqthom ġew evitati perikli għal min jgħaddi ta' kuljum mit-triq tal-Għadira. Dan jixhed l-importanza li b'mod kontinwu l-infrastruttura tibqa tiġi aġġornata.

Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-proġett kien opportunità oħra li permezz tagħha toħroġ l-impenn tal-Gvern li l-investiment fil-prodott turistiku mhux biss nitkellmu dwaru imma nwettquh.

“Kollox qiegħed jindika li din is-sena ser jerġa' jkollna sena ta' suċċessi kbar fit-turiżmu, f'termini ta' wasliet, fl-iljieli mqattgħin u b'mod sinifikattiv fin-nefqa tagħhom fl-ekonomija tagħna. Huwa importanti li naċċertaw li l-esperjenza tal-viżitaturi fil-Gżejjer Maltin tkun waħda ta' kwalità ogħla mingħajr ma tkun ta' detriment fuq il-benesseri tal-Maltin u l-Għawdxin. Għalhekk ir-riġenerazzjoni ta' din iż-żona hija messaġġ ċar ta' fiex nemmnu," kompla jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.

Il-Ministru Chris Bonett saħaq kif investiment ta' din x-xorta juri kif b'kordinament bejn l-entitajiet, proġetti li għal ħafna żmien kienu ikkunsidrati li huma diffiċli wisq biex isiru, jistgħu jitwettqu u jagħtu riżultati ta' livell għoli bħal dan li għandna illum.

“Sa miż-żmien it-tmeninijiet dan il-proġett kien jissemma bħala bżonn li jrid isir kemm għal komunità Mellieħija, għat-turiżmu u għal kull min juża din it-triq għal Għawdex. U sa minn dak iż-żminijiet minħabba d-diffikultà tan-natura tal-proġett dan baqa' jitpoġġa fuq l-ixkaffa. Illum qed naraw ir-riżultat tal-ħidma u determinazzjoni ta' dan il-Gvern li jġib l-interessi tal-komunità l-ewwel. Għaddej ukoll il-proġett ta' riġenerazzjoni tat-triq lejn iċ-Ċirkewwa li se jkun lest fil-jiem li ġejjin. Kommessi li nkomplu naħdmu qatigħ biex nibqgħu nipprovdu il-komunitajiet tagħna proġetti li jixirqilhom u tal-għola kwalità," temm jgħid il-Ministru Bonett.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Infrastructure Malta, Ivan Falzon innota kif permezz ta' dan l-investiment, l-inħawi tal-Għadira saru iżjed faċli li titgawda mill-familji matul is-sena kollha, u mhux fis-sajf biss. Huwa rringrazzja lit-tekniċi taż-żewġ entitajiet u l-mod professjonali kif ħadmu flimkien biex wasslu proġett ieħor għall-komunità.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef qal “Illum l-irwol tal-Awtorità m'huwiex biss illi nirreklamaw lil Malta u Għawdex u li nħajru linji tal-ajru biex jibdew joperaw lejn pajjiżna, iżda qed naħdmu wkoll biex nikkordinaw iżjed ħidma biex il-prodott turistiku lokali jkun dejjem aħjar."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA IX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat il-proġett infrastrutturali ta’ Triq il-Marfa u r-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Għadira
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA IX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat il-proġett infrastrutturali ta’ Triq il-Marfa u r-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Għadira
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA IX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-INDAFA PUBBLIKA Inawgurat il-proġett infrastrutturali ta’ Triq il-Marfa u r-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Għadira
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow