Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurati żewġ proġetti fiż-Żebbuġ Għawdex - il-proġett ta’ tisbiħ tal-Belvedere u l-proġett ta’ bdil ta’ railings u dwal fi Triq Santa Marija, Marsalforn

PR240889
Date Icon 23/05/2024

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mas-Sindku taż-Żebbuġ Marlene Cini, il-kunsilliera u l-president tar-Reġjun ta' Għawdex inawguraw il-proġett ta' tisbiħ tal-Belvedere u l-proġett ta' bdil ta' railings u dwal fi Triq Santa Marija, Marsalforn, b'valur totali ta' madwar €280,000 ffinanzjati mid-Development Planning Fund tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-proġett ta' tisbiħ tal-belvedere b'valur ta' madwar €125,000 kien jikkonsisti f'kostruzzjoni, ilqugħ, tqegħid ta' konkrit, kisi, u xogħol ta' landscaping u tħaddir taż-żona. Dan filwaqt li nbidlu wkoll ir-railings u d-dawl permezz ta' proġett li sewa madwar €155,000 u li kien meħtieġ minħabba li l-post huwa espost għall-elementi tal-baħar.

“Il-belvedere joffri veduti panoramiċi kif ukoll post ta' mistrieħ f'żona urbana. Għalhekk huwa importanti li dan il-post jinżamm fi stat tajjeb sabiex igawdu minnu r-residenti kif ukoll bosta nies li jżuru din il-lokalità speċjalment fix-xhur tas-sajf," stqarr il-Ministru Clint Camilleri.

Huwa kompla jgħid li din mhijiex l-ewwel darba li l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ ibbenifika mill-fondi tad-Development Planning Fund għal proġetti fil-lokalità filwaqt li nnota li dan il-fond qed igawdu minnu diversi kunsilli li jsebbħu żoni fil-lokal tagħhom sabiex jitgawdew mill-pubbliku.

Min-naħa tagħha, is-Sindku taż-Żebbuġ Marlene Cini spjegat ix-xogħol li sar permezz ta' dan l-investiment, fejn il-kunsill lokali ħa ħsieb li jibdel ir-railing u dawl ta' parti minn Triq Santa Marija u nbena mill-ġdid belvedere b'veduti mill-isbaħ tal-villaġġ turistiku ta' Marsalforn.

Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li l-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar huwa kommess li jkompli jagħti l-għajnuna fejn meħtieġ sabiex ikomplu jissebbħu żoni madwar il-gżejjer li jgawdi minnhom kulħadd.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurati żewġ proġetti fiż-Żebbuġ Għawdex - il-proġett ta’ tisbiħ tal-Belvedere u l-proġett ta’ bdil ta’ railings u dwal fi Triq Santa Marija, Marsalforn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurati żewġ proġetti fiż-Żebbuġ Għawdex - il-proġett ta’ tisbiħ tal-Belvedere u l-proġett ta’ bdil ta’ railings u dwal fi Triq Santa Marija, Marsalforn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurati żewġ proġetti fiż-Żebbuġ Għawdex - il-proġett ta’ tisbiħ tal-Belvedere u l-proġett ta’ bdil ta’ railings u dwal fi Triq Santa Marija, Marsalforn
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Inawgurati żewġ proġetti fiż-Żebbuġ Għawdex - il-proġett ta’ tisbiħ tal-Belvedere u l-proġett ta’ bdil ta’ railings u dwal fi Triq Santa Marija, Marsalforn
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow