Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Titħabbar l-iskema tad-double glazing għar-residenti ta’ Birżebbuġa

pr240883
Date Icon 22/05/2024

Bl-appoġġ tal-Malta Freeport Corporation u r-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma (REWS), il-Gvern qed jerġa' joħroġ l-iskema tad-double glazing,li se tinfetaħ esklussivament għar-residenti ta' Birżebbuġa biex timmitiga l-impatt tal-ħsejjes mill-operat tal-Freeport.

Permezz ta' din l-iskema, il-Gvern se jkun qiegħed jirrifondi 90% tal-ispiża tal-materjal u installazzjoni, sa massimu ta' €2,000, ta' dawk ir-residenzi eżistenti li jbiddlu l-aperturi tagħhom għal sistemi ta' double glazing jew triple glazing. L-ispejjeż eliġibbli jinkludu l-ammont tal-VAT.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli, u l-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri.

Din l-iskema tapplika għal dawk il-persuni li joqgħodu fi proprjetajiet privati u residenzjali ġewwa Birżebbuġa li jixtiequ jirrinovaw (retrofitting) l-aperturi eżistenti biex jagħmlu l-aperturi bid-double glazing. Permezz ta' dan, ir-residenti ma jkunux biss qed jimmitigaw mill-ħsejjes tal-operat tal-Freeport, iżda jkunu qed iżidu s-sostenibilita fil-proprjeta tagħhom billi jikkontrollaw it-temperatura fi djarhom.

“Aktar minn 400 familja applikaw fi skemi passati biex jibbenefikaw minn din l-għajnuna u filwaqt li inizjalment, din l-iskema kienet tapplika għal numru limitat ta' toroq, rajna li din l-iskema tiġi aġġornata biex tkun miftuħa għal-lokalità kollha ta' Birżebbuġa. Fil-fatt, din hija t-tieni darba li l-iskema hija miftuħa għar-residenti kollha tar-raħal," spjegat il-Ministru Miriam Dalli.

Il-Ministru Dalli spjegat kif din l-iskema tgħin ukoll lir-residenti biex jinvestu f'aperturi sostenibbli, biex b'hekk tkun ikkontrollata aktar it-temperatura tal-binja. Hija fakkret kif ir-REWS topera aktar skemi li jgħinu lir-residenzi jinvestu f'binjiet sostenibbli, fosthom l-għajnuna għar-restawr tal-bjar, l-inċentivi għal sistemi ta' reverse osmosis fid-djar u għajnuna fuq l-installazzjonijiet ta' pannelli fotovoltajiċi, fost oħrajn.

Il-Ministru Silvio Schembri qal li matul l-aħħar snin qed isiru diversi proġetti biex filwaqt li l-Freeport jibqa' port kummerċjali importanti fil-Mediterran, inaqsu kemm jista' jkun l-impatt li dan għandu fuq ir-residenti tal-madwar.

“Minbarra l-iskema li qed inħabbru llum, qegħdin ninvestu f'sistema ta' high voltage shore connection. Dan se jwassal biex vapuri li jkunu rmiġġati fil-Port Ħieles jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom u jiġu provduti b'elettriku ġġenerat aktar nadif minn fuq il-mollijiet. Dan se joħloq ambjent aktar nadif, se jnaqqas konsiderevoli t-tniġġis fl-arja u jnaqqas il-ħsejjes iġġenerati mill-vapuri. Anke fil-proġett tal-isquaring off tal-Freeport ukoll ingħatat l-akbar attenzjoni għar-residenti. Rajna kif fl-aktar parti viċin ir-residenti f'terminal 1 ma jkunux jistgħu jintużaw quay cranes, li jitnaqqsu l-użu ta' Terminal 1 għal ro-ro operations f'ħinijiet speċifiċi matul il-ġurnata u li ma jsir l-ebda operat ta' dan it-tip matul il-lejl," qal il-Ministru Silvio Schembri.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa Scott Camilleri saħaq li l-kunsill jirrikonoxxi l-ħidma tal-gvern biex jkomplu jiġu indirizzati l-piżijiet tal-industrija fuq il-lokalità ta' Birżebbuġa. Huwa saħaq li din l-iskema ser tkun ta' għajnuna lir-residenti ta' Birżebbuġa hekk kif il-Gvern ser jkun qiegħed ittaffi l-ispejjeż finanzjarji meta wieħed jkun irrid jibdel l-aperturi tiegħu għall-dawk double-glazing. Lil hinn minn hekk dan il-kunsill jirrikonoxxi l-ħidma li għaddejja attwalment fil-Port Ħieles fuq l-installazzjoni tas-shore-to-ship.

Din l-iskema, b'fondi tal-Malta Freeport Corporation bħala kontribuzzjoni ta' Corporate Social Responsability, b'valur ta' €300,000, se tkun amministrata mir-REWS.

L-applikazzjonijiet jibdew jintlaqgħu minn nhar it-Tnejn, 27 ta' Mejju 2024. L-iskema hija miftuħa sa l-aħħar tas-sena 2024, jew sa meta jiġu assorbiti l-fondi. Il-linja gwida jinsabu disponibbli fuq is-sit tar-REWS: https://www.rews.org.mt/?ts=1716373613327#/en/sdgr/603-2024-double-glazing-scheme-for-bir-ebbu-residents-active

Applikanti prospettivi jistgħu jċemplu wkoll lil Servizz.Gov fuq il-freephone 153 għal iktar tagħrif.

Is-suppliers jistgħu jirreġistraw il-prodotti tagħhom mil-lum permezz ta' email li trid tintbagħat lir-REWS fuq enquiry@rews.org.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Titħabbar l-iskema tad-double glazing għar-residenti ta’ Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Titħabbar l-iskema tad-double glazing għar-residenti ta’ Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR U L-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI Titħabbar l-iskema tad-double glazing għar-residenti ta’ Birżebbuġa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow