Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI SPAR Malta tospita s-67 Kungress Internazzjonali ta’ SPAR

pr240875
Date Icon 21/05/2024

Ingħata bidu għas-67 Kungress Internazzjonali ta' SPAR fiċ-Ċentru tal-Konferenzi ġewwa il-Hilton f'San Ġiljan. Dan huwa l-akbar avveniment fi ħdan il-kumpanija ta' supermarkets internazzjonali  SPAR, li għalih jattendu shareholders, sidien, u nies eżekuttivi min-netwerk internazzjonali ta' SPAR minn madwar 49 pajjiż.

SPAR International  wasal Malta fl-2018 permezz ta' Azzopardi Group. Din il-kollaborazzjoni wasslet għal tkabbir sinifikanti għal SPAR Malta, li issa topera 10 ħwienet, inkluż INTERSPAR, EUROSPAR, u SPAR Supermarkets, kif ukoll ħwienet ta' konvenjenza ta' 24 siegħa bħala SPAR Express.

Il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri fetaħ dan il-kungress u tkellem dwar kif din il-kumpanija globali qed tevolvi. Il-ministru tkellem dwar id-diffikultajiet li dan is-settur iffaċċja fl-aħħar żmien kkawżati mill-pandemija u kunflitti internazzjonali li wasslu għal żieda qawwija fl-inflazzjoni fuq diversi prodotti tal-Ikel.

“Bħala Gvern ma stennejniex  li l-problema tissolva waħidha, imma flimkien mal-importaturi u sidien tal-ħwienet wasalna għall-patt soċjali storiku, Stabbiltà, fejn qed naraw il-prezz ta' madwar 450 prodott tal-ikel jibqa' stabbli sa' Ottubru li ġej, b'aktar serħan il-moħħ għall-familji. Nirringrazzja lis-settur privat li kien warajna f'din l-inizjattiva li mingħajrhom ma setgħetx tirnexxi. Ftehim li permezz tiegħu qed naraw l-inflazzjoni ta' diversi prodotti tal-ikel tonqos," qal il-Ministru Silvio Schembri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI SPAR Malta tospita s-67 Kungress Internazzjonali ta’ SPAR
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI SPAR Malta tospita s-67 Kungress Internazzjonali ta’ SPAR
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow