Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat servizz ta’ trasport bla ħlas għar-residenti Rabtin

pr240873
Date Icon 21/05/2024

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea, is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus, u l-kunsilliera nedew servizz ta' trasport magħruf bħala Silver T għar-residenti tar-Rabat. Il-vann tal-elettriku ġie ffinanzjat mill-iskema Finanzjament ta' Proġetti Kapitali, Aċċessibbiltà u Mobilità maħruġa mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.

L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità se  tuża dan il-vann tal-elettriku biex jingħata servizz ta' trasport, skont il-bżonnijiet tal-anzjani li joqogħdu r-Rabat, Ħad-Dingli, l-Imtarfa, l-Imdina, il-Baħrija, l-Imġarr u l-Buskett, biex ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli saħqet li l-kwalità tal-ħajja hija fiċ-ċentru tal-ħidma ta' dan il-Gvern u huwa għalhekk li l-Gvern kommess li jibqa'  jagħti l-għodda neċessarja lill-kunsilli lokali sabiex ikomplu jaqdu l-bżonnijiet tar-residenti u l-lokalitajiet rispettivi tagħhom bl-aqwa u l-aħjar mod possibbli.

Hija sostniet li huwa d-dritt ta'  kull persuna li tgħix ħajja indipendenti u dan is-servizz ġdid fil-komunità ser ikun qed jagħti lill-anzjani u persuni vulnerabbli l-aċċess għas-servizzi neċessarji ta' kuljum. Is-Segretarju Parlamentari ferħet lill-Kunsill Lokali tar-Rabat għall-kisba ta' dawn il-fondi mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u għall-implimentazzjoni ta' dan il-proġett.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Malcolm Paul Agius Galea qal: “Permezz ta' dan l-inizjattiva qed inkomplu ntejbu l-ħajja ta' kuljum tal-anzjani tagħna. Billi nipprovdu trasport affidabbli u bla ħlas, qed niżguraw li l-anzjani fil-komunitajiet tagħna jkollhom aċċess għas-servizzi essenzjali u jistgħu jżommu l-indipendenza tagħhom."

Is-servizz tas-Silver T, jopera fuq livell nazzjonali, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mis-7:00 ta' filgħodu sas-2:00 ta' wara nofsinhar u jipprovdi faċilità ta ' trasport lil dawk il-persuni anzjani li jixtiequ jmorru ċ-Ċentri tas-Saħħa, ċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva, il-Kunsill Lokali, il-bank, is-suq lokali, postijiet ta' qima u diversi postijiet oħra. Wieħed irid jibbukkja sa mhux aktar tard minn tlett ijiem qabel fuq in-numru tat-telefon 22788900. Il-ħinijiet taċ-Ċentru tat-Telefonati huma l-istess bħall-ħin li fih jaħdem dan is-servizz, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-7:00 ta'  filgħodu sas-2:00 ta' waranofsinhar. Dan is-servizz huwa bla ħlas.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat servizz ta’ trasport bla ħlas għar-residenti Rabtin
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurat servizz ta’ trasport bla ħlas għar-residenti Rabtin
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow