Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Aktar fiduċja fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna b’lukanda ewlenija tissiġilla investiment li kklassifikaha fil-livell ta’ resort ta’ ħames stilel

pr240870
Date Icon 21/05/2024

F'indirizz li għamel fl-okkażjoni li mmarkat lukanda ewlenija f'pajjiżna tiġi klassifikata resort, il-Prim Ministru Robert Abela fisser l-investiment li sar bħala att ieħor ta' fiduċja f'pajjiżna u fis-settur turistiku. Innota li l-istaġjonalità fis-settur turistiku f'pajjiżna saret xi ħaġa tal-imgħoddi hekk kif ċifri uffiċjali juru żidiet rekord anki fix-xitwa u dan kollu jwassal biex investimenti bħal dak li sar f'Malta Marriott Resort & Spa, kien possibbli.

Il-Prim Ministru Robert Abela żar il-lukanda u apparti li ltaqa' mal-ħaddiema, tkellem kemm mat-tmexxija lokali tal-lukanda u t-tmexxija ta' Marriott International, li kienet preżenti għal din l-okkażjoni permezz taċ-Chairman tal-Bord, David Marriott. Il-Prim Ministru nnota l-investiment komprensiv ta' €35 miljun li sar f'faċilitajiet tal-ogħla livell f'resort u lukanda ta' ħames stilel.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Gvern se jibqa' jappoġġja l-industrija turistika li tikkontribwixxi bi sħiħ għall-ġid li jinħoloq fil-pajjiż. Qal li l-istrateġija li għandu l-pajjiż għat-turiżmu issa mhux biss tiffoka fuq irkupru li pajjiżna laħaq ferm qabel kompetituri tiegħu wara pandemija iżda issa qed tħares lejn kif is-settur jista' jkompli jimraħ f'realtajiet ġodda. Il-Prim Ministru qal li s-suq turistiku f'pajjiżna jibqa' marbut ma' turisti li jiġu minn pajjiżi fl-Ewropa u dawk minn pajjiżi mhux mbiegħda minnha iżda wkoll qed jiġu turisti minn kontinenti oħra. Hawn irrimarka għall-importanza tal-konnettività li tibqa' kruċjali iżda saħaq ukoll fuq il-ħtieġa li nkomplu ngħollu l-prodott turistiku ta' pajjiżna permezz ta' investimenti bħal dawn, li jgħinu anki fis-sostenibbiltà u l-kwalità fit-turiżmu.

F'dan il-kuntest, il-Prim Ministru Robert Abela, li kien akkumpanjat mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo sostna li Malta qed tibqa' tinvesti anki fl-infrastruttura u fi żvilupp sostenibbli biex il-pajjiż jibqa' jgħolli l-prodott turistiku tiegħu bil-karatteristiċi partikolari li kapaċi joffri.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Aktar fiduċja fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna b’lukanda ewlenija tissiġilla investiment li kklassifikaha fil-livell ta’ resort ta’ ħames stilel
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Aktar fiduċja fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna b’lukanda ewlenija tissiġilla investiment li kklassifikaha fil-livell ta’ resort ta’ ħames stilel
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Aktar fiduċja fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna b’lukanda ewlenija tissiġilla investiment li kklassifikaha fil-livell ta’ resort ta’ ħames stilel
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow