Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI

pr240859
Date Icon 19/05/2024

Investiment ta' €12.5 miljun minn Magro Brothers li se jirdoppja l-produzzjoni tagħhom u jagħmilhom mal-aqwa ħames kumpaniji Ewropej fis-settur

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri flimkien mal-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriza u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri żaru l-kumpanija Magro Brothers fix-Xewkija li ħabbret investiment ta' €12.5 miljun. Dan l-investiment mifrux fuq erba' snin (2024-2028) u maqsum fi tliet fażijiet se jwassal sabiex Magro Brothers jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom ta' table sauces li preżentament jiġu esportati għal madwar 22 pajjiż Ewropew.

Matul l-aħħar snin, il-kumpanija esperjenzat tkabbir sostanzjali fl-esportazzjonijiet tagħha ta' table sauces u matul l-2024 laħqet il-kapaċità sħiħa tal-produzzjoni. Dan l-investiment il-ġdid se joħloq il-bżonn ukoll ta' 15-il technician speċjalizzat u bħala multiplier effect se jinħoloq il-bżonn għal 28 ħaddiem full-time. Barra minn hekk, il-konsum tal-enerġija se jonqos u permezz ta' dan il-proċess il-konsumatur se jkun jista' wkoll jirriċikla l-fliexken li se jkunu 100% riċiklabbli.

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri stqarr li huwa dejjem ta' sodisfazzjoni għalih kull meta jżur din il-kumpanija li kontinwament tinvesti sabiex issaħħaħ l-operat tagħha, tinvesti fil-ħaddiema tagħha u tkabbar u tilħaq niċeċ ġodda ta' investiment mhux biss f'pajjiżna iżda wkoll barra minn xtutna. Kompla jgħid li “dan l-investiment li se jikkonsisti fl-iktar teknoloġija riċenti li hawn fid-dinja fejn tidħol produzzjoni ta' table sauces se jiġġenera aktar xogħol għal Għawdex u l-Għawdxin. Huwa dak li rridu naraw aħna bħala Gvern, kumpaniji li jkomplu jikbru u joħolqu x-xogħol f'pajjiżna."

Il-Ministru għall-Ekonomija, Intrapriza u Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri qal din il-familja hija eżempju ċar li anke għall-pajjiż żgħir bħal tagħna, hemm possibiltajiet kbar. Dan il-Gvern irnexxilu joħloq ambjent f'pajjiżna, t'eko-sistema fejn grazzi għax-xogħol tal-entitajiet tagħna, bħal Malta Enterprise u INDIS mas-settur privat, flimkien qed inkomplu nilqħu miri ġodda. “B'dan il-proġett Magro Brothers mhux biss se jkunu qed ikomplu jżiedu l-operat tagħhom, iżda qed jimxu wkoll fuq il-prinċipji li qed inħaddnu bħala Gvern dawk tas-sostenibbiltà u qed jinvestu wkoll biex jaħdmu bi prattiċi li jħarsu l-ambjent."

Min-naħa tiegħu s-Sur Chris Magro, Kap Eżekuttiv ta' Magro Brothers, qal li “permezz ta' dan l-investiment, il-kumpanija tista' tirdoppja l-produzzjoni tat-table sauces immirati aktar lejn is-suq internazzjonali. Dan ifisser li l-kumpanija se tkun ta' daqs u livell tal-aqwa ħames kumpaniji Ewropej f'dan is-settur."

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm billi rringrazzja lil Magro Brothers tal-ħidma tagħhom fis-settur u awguralhom kull suċċess għal dan l-investiment ġdid li se jidħlu għalih.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR U MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow