STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI: Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali –Ġunju 2024
Votazzjoni f'San Vinċenz de Paul, fl-34 Dar tal-Anzjani u fl-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali f'Għawdex
Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-jum tal-votazzjoni f'dawn l-istituzzjonijiet se jkunu dawn li ġejjin:
Residenza San Vinċenz de Paul u 34 Dar tal-Anzjani (ara Skeda) - is-Sibt, 1 ta' Ġunju, 2024;
L-Isptarijiet Mater Dei, Karin Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex –
il-Ħamis, 6 ta' Ġunju, 2024
Il-ħin tal-votazzjoni jkun mis-7.00 am sal-10.00 pm mingħajr waqfien.
Fil-każ tar-Residenza San Vinċenz de Paul u tal-34 Dar tal-Anzjani
Jivvotaw f'dawn il-postijiet (fl-1 ta' Ġunju, 2024), dawk il-votanti li huma reġistrati f'dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll dawk kollha residenti (iżda mhux reġistrati bħala votanti fihom) sas-Sibt, 25 ta' Mejju, 2024;
dawk il-membri tal-familja jew persuni oħra li għandhom id-dokument għall-votazzjoni ta' xi qraba jew persuni oħra bħalissa residenti f'San Vinċenz de Paul u fid-Djar tal-Anzjani għandhom jagħtu dan id-dokument lil din il-persuna sa mhux aktar tard min-nofsinhar tal-Ġimgħa, 31 ta' Mejju, 2024;
fl-1 ta' Ġunju ma jkunx hemm ħinijiet għall-viżitaturi f'dawn l-istituzzjonijiet.
Fil-każ tal-Isptarijiet Mater Dei, Karen Grech, Monte Karmeli u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex:
jivvotaw f'dawn il-postijiet (fis-6 ta' Ġunju, 2024) il-votanti rikoverati fihom sas-6.00 ta' filgħaxija tat-Tnejn, 3 ta' Ġunju, 2024, u mhux kif jidher fuq id-dokument tal-votazzjoni tagħhom. Huwa importanti li dawn il-votanti jiżguraw li d-dokument/i tal-vot tagħhom ikunu fil-pussess tagħhom sal-4 ta' Ġunju, 2024.
17 ta' Mejju, 2024
Skeda
| 01 | Il-Ħamrun | Dar San Pawl |
| 02 | Santa Venera | L-Istitut ta' Apap |
| 03 | Santa Venera | Casa Francesco |
| 04 | Iż-Żejtun | Dar l-Anzjani |
| 05 | Ħal Għaxaq | Ghigo Community Residence |
| 06 | Marsaskala | St Thomas Community Living |
| 07 | Il-Fgura | Residenza San Ġużepp |
| 08 | Paola | Casa Paola |
| 09 | Ħal Tarxien | Dar l-Annunzjata |
| 10 | Ħal Qormi | Dar Pinto |
| 11 | L-Imtarfa | Dar għall-Anzjani |
| 12 | Ir-Rabat (M) | Villa Messina |
| 13 | Ir-Rabat (M) | St Elizabeth Home |
| 14 | Ħal Balzan | Casa Antonia |
| 15 | Birkirkara | Dar tal-Kleru 'Christus Sacerdos' |
| 16 | L-Imsida | Jasmine Nursing Home |
| 17 | Il-Gżira | Vivan Care Residence |
| 18 | In-Naxxar | Simblija Care Home |
| 19 | In-Naxxar | Golden Care |
| 20 | Baħar iċ-Ċagħaq, In-Naxxar | Porziuncola |
| 21 | San Ġiljan | Casa Leone XIII |
| 22 | San Ġiljan | Residenza tal-Anzjani, Sptar Zammit Clapp |
| 23 | Tas-Sliema | Casa Marija |
| 24 | Tas-Sliema | The Imperial |
| 25 | Ħ'Attard | Dar Santa Katerina |
| 26 | Ħ'Attard | Roseville |
| 27 | Il-Mosta | Sorijiet Franġiskani 'Pax Et Bonum' |
| 28 | Il-Mosta | Casa Arkati |
| 29 | Il-Mosta | Dar il-Madonna tal-Isperanza |
| 30 | Il-Mosta | Central Home |
| 31 | Il-Mellieħa | Dar il-Madonna tal-Mellieħa |
| 32 | San Pawl il-Baħar | Casa Serena |
| 33 | San Pawl il-Baħar | Casa San Paolo |
| 34 | San Lawrenz | Villa San Lawrenz |
Other Press Releases:
PR261929
PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...
PR261926