Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbar pjan ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex

pr240851
Date Icon 17/05/2024

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela ħabbar pjan ta' żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex.

Il-Ministru Abela spjega kif parti minn dan il-pjan se jara l-iżvilupp ta' sptar akut ġdid. “L-għan ewlieni ta' dan il-pjan huwa li Għawdex ikollu infrastruttura medika moderna u komprensiva, sabiex ikompli jingħata servizz ta' kura tas-saħħa tal-ogħla livell f'Għawdex stess," tenna il-Ministru Abela.

Il-Ministru kompla jispjega li l-isptar il-ġdid se jkopri madwar 400 sodda li jfisser li se jkun qed jiġi rduppjat l-ammont ta' kemm jilqa' pazjenti fih l-Isptar t'Għawdex. Ħabbar ukoll li parti mill-pjan ta' riġenerazzjoni ser jara l-introduzzjoni ta' ċentru ġdid tal-anatomija, faċilità ġdida għar-riċerki, ċentru ta' CDAU u l-installazzjoni ta' helipad ġdida għal trasport f'każ ta' emerġenza lejn l-Isptar Mater Dei.

“Grazzi għal dan il-pjan mhux biss ser inkunu qed intejbu u noffru servizz tas-saħħa tal-ogħla livell, imma wkoll se naraw numru ta' impjiegi ġodda ta' kwalità għall-Għawdxin. Il-Gvern kontinwament qed jibqa' jaħdem u jiżgura li l-Għawdxin ikollhom is-servizzi tas-saħħa kollha neċessarja provduti f'Għawdex stess," temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbar pjan ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbar pjan ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbar pjan ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imħabbar pjan ta’ żvilupp u riġenerazzjoni tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow