Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 11-il wirt storiku fil-komunità se jiġu restawrati permezz ta’ skema għall-kunsilli lokali

pr240844
Date Icon 16/05/2024

11-il wirt storiku, li jvarjaw minn statwi, niċeċ, monumenti, kappelli u strutturi storiċi u li jinsabu f'diversi lokalitajiet, ser ikunu qed jibbenefikaw minn restawr permezz ta' skema għall-kunsilli lokali.

Din l-iskema inħarġet mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali b'konsultazzjoni mad-Direttorat għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali. Din hija t-tmien darba mill-2015 li nħarġet l-iskema u bbenefikaw minnha 41 lokalità b'54 proġett.

Dan flimkien mad-dettalji tal-lokalitajiet li se jibbenefikaw u l-proġetti li se jitwettqu tħabbru waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli.

Il-Ministru Owen Bonnici qal li din l-iskema għandha l-għan li tivvalorizza l-wirt storiku li jinsab fil-komunitajiet tagħna u li tant hu għal qalb il-familji li joqgħodu fil-lokalitajiet rispettivi.

“Dan il-Gvern impenjat li jkompli jwettaq inizjattivi li jħarsu l-preservazzjoni, ir-restawr u r-riabilitazzjoni ta' fortifikazzjoni u postijiet storiċi fuq bażi regolari minn diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru," spjega l-Ministru Owen Bonnici.

Min-naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari  Alison Zerafa Civelli qalet li l-preservazzjoni tal-wirt kulturali hija prijorità kemm għall-Gvern kif ukoll għall-kunsilli lokali li għandhom irwol importanti f'dan ir-rigward. Hija faħħret lill-kunsilli lokali li ressqu 'l quddiem siti storiċi sabiex jiġu kkunsidrati għall-preservazzjoni jew restawr.

“Dawn l-inizjattivi ta' preservazzjoni fuq siti storiċi fil-qalba tal-lokalitajiet mhux biss ikunu qegħdin jippreservaw il-wirt kulturali għall-ġenerazzjonijiet futuri, iżda jżidu wkoll il-kompetittività tal-gżejjer Maltin fil-qasam turistiku," stqarret is-segretarju parlamentari.

Il-Kunsilli Lokali li ser jibbenefikaw minn din l-iskema huma: Ir-Rabat (Malta), iż-Żejtun, is-Swieqi, Ħal Qormi, il-Mellieħa, il-Qrendi, Ħal Balzan, Ħal Tarxien, Birkirkara, il-Ħamrun u l-Imqabba.  

Il-proġetti li se jgawdu minn restawr huma: Our Lady of Victory Chapel (Bell Tower) - Birkirkara; Stone Cross - Ħal Balzan; Manikata Parish Church (Sculptural Feature) - Manikata, il-Mellieħa;  Military Wall - Madliena, Swieqi; Għajn tal-Ilma wara niċċa ta' San Pawl - ir-Rabat; il-faċċata ta' Ġnien tal-Kmand -  il-Qrendi; żewġ niċeċ - l-Imqabba; il-faċċata taċ-Ċimiterju tal-Erwieħ – Ħal Tarxien; Zuntier tal-Knisja Kolleġġjata San Ġorġ – Qormi; il-faċċata ta' Palazzo Balcas – Ħamrun; u l-Kappella ta' Santa Marija tal-Ħlas – iż-Żejtun.

Għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm preżenti rappreżentanti mid-Direttorat tar-Restawr u mid-Direttorat għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika, kif ukoll is-sindki tal-11-il kunsill lokali.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 11-il wirt storiku fil-komunità se jiġu restawrati permezz ta’ skema għall-kunsilli lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 11-il wirt storiku fil-komunità se jiġu restawrati permezz ta’ skema għall-kunsilli lokali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI 11-il wirt storiku fil-komunità se jiġu restawrati permezz ta’ skema għall-kunsilli lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow