Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsilli Lokali – 8 ta’ Ġunju, 2024

pr240839
Date Icon 16/05/2024

Persuni li għadhom ma rċevewx id-dokument/i għall-votazzjoni

Il-Kummissjoni Elettorali tavża lil dawk il-persuni li isimhom jidher fir-Registru Elettorali ppubblikat fl-20 ta' April, 2024, suġġett għaż-żidiet, tnaqqis jew korrezzjonijiet ordnati mill-Uffiċjal Reviżur, u li ma rċevewx id-dokumenti għall-votazzjoni tagħhom, illi huma jistgħu jmorru personalment fl-Għassa tal-Pulizija tal-lokal jew fl-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali u jieħdu magħhom il-Karta tal-Identita' biex jieħdu d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom f'dawn il-ġranet u ħinijiet:

Minn nhar is-Sibt it-18 ta' Mejju, 2024 sal-Ġimgħa 31 ta' Mejju 2024

bejn it-8.00 am u s-1.00 pm u bejn it-3.00 pm u d-9.00 pm;

Is-Sibt l-1 ta' Ġunju, 2024: bejn it-8.00 am u l-10.00 pm;

Il-Ħadd it-2 ta' Ġunju 2024: bejn it-8.00 am u s-12.00 pm.

Fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar id-dokumenti jinġabru mill-Għassa tal-Qawra.  Il-votanti reġistrati fuq Marsalforn għandhom jiġbru d-dokumenti tagħhom mill-Għassa ta' Marsalforn.

Fil-lokalitajiet ta' l-Imdina, is-Siġġiewi, Ħ'Attard, Ħad-Dingli, Il-Fontana, Il-Gżira, L-Għarb, Ħal Għargħur, L-Għasri, Il-Ħamrun, L-Iklin, Il-Kalkara, Ħal Kirkop, Ħal Lija, Il-Marsa, L-Imsida, Pembroke, Tal-Pieta' Ir-Rabat (M), San Ġwann, San Lawrenz, Santa Luċija, Ta' Xbiex, Ix-Xagħra u Ix-Xgħajra, id-dokumenti jinġabru mill-Uffiċċju tal-Kunsill Lokali fl-istess ġranet u ħinijiet.  Kull persuna trid turi l-Karta tal-Identita'.  L-ebda dokument ieħor ma jista' jkun aċċettat.

Kull votant għandu jkun żgur li jkollu d-dokument għall-votazzjoni għax mingħajru ħadd ma jkun jista' jivvota.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow