Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 29 perit jirċievu l-warrant biex jibdew jipprattikaw il-professjoni tagħhom

pr240835
Date Icon 16/05/2024

Disgħa u għoxrin perit ingħataw warrant biex b'hekk issa jistgħu jibdew jipprattikaw u jaħdmu f'din il-professjoni li domanda għaliha dejjem tibqa' tikber. Il-warrants kienu ppreżentati mis-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia.

Waqt iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari tkellem kif il-periti mhux biss jagħtu kontribut siewi fl-iżvilupp ta' pajjiżna imma għandhom rwol kruċjali biex f'pajjiżna jkollna żvilupp sostenibbli.

“Inħeġġeġ lil periti jagħmlu kuraġġ biex ikunu drastiċi fil-viżjonijiet tagħhom u ma jħallu lil ħadd jillimita l-ħolm tagħhom. Inizjattivi kuraġġużi huma dawk li jibdlu d-dinja. Il-futur ta' Malta jinsab f'idejhom, u jien konvint li l-periti huma lesti li jgħollu l-livell tal-arkitettura tagħna," tenna s-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia.

Huwa għalaq billi fakkar li kull bini li joħolqu, kull spazju li jfasslu, huwa l-legat li se jħallu warajhom u li importanti li dan il-legat juri l-passjoni, l-innovazzjoni, u l-impenn tagħhom għall-professjoni kbira tal-arkitettura.

Indirizza wkoll iċ-ċerimonja ċ-Chairperson tal-Bord tal-Warrant tal-Periti Frank Psaila li spjega kif sa mit-twaqqif ta' dan il-bord, f'Awwissu 2022, ingħataw 226 warrant. Spjega wkoll kif fl-aħħar ftit snin twettqu għadd ta' riformi f'dan il-qasam, riformi meħtieġa u kuraġġużi.

“Ir-riformi jpoġġu r-responsabbiltà fuq kulħadd,  mhux l-inqas fuq il-Periti. L-appell tiegħi jibqa' għar-responsabbiltà fid-deċiżjonijiet li jieħdu filwaqt li jkunu kburin bil-professjoni tagħhom u jużawha biex joħolqu dak li hu sabiħ sabiex jitgawda minn ġenerazzjoni għal oħra," tenna Dr Psaila.

Il-Warrants bdew bil-Liġi tal-1919 fl-Architects' Ordnance. Sena wara ġiet imwaqqfa l-Kamra tal-Periti fl-1920 u l-ewwel warrants ħarġu mill-istess liġi.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 29 perit jirċievu l-warrant biex jibdew jipprattikaw il-professjoni tagħhom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 29 perit jirċievu l-warrant biex jibdew jipprattikaw il-professjoni tagħhom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 29 perit jirċievu l-warrant biex jibdew jipprattikaw il-professjoni tagħhom
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI 29 perit jirċievu l-warrant biex jibdew jipprattikaw il-professjoni tagħhom
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow