Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Kundizzjonijiet aħjar għal 7,000 uffiċċjal pubbliku bl-iffirmar ta’ erba' ftehimiet kollettivi matul il-Public Service Expo 2024

pr240827
Date Icon 15/05/2024

Sebat elef uffiċjal pubbliku fi gradi industrijali, tas-snajja', tekniċi u dawk magħrufa bħala l-General Service se jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar hekk kif ġew iffirmati erba' ftehimiet kollettivi ppreseduti mill-Prim Ministru Robert Abela u mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana matul il-Public Service Expo 2024 bit-tema 'Insaħħu l-Ħiliet'.

Il-ħaddiema milquta minn dawn il-ftehimiet, li ilhom ma jiġu riveduti mis-snin disgħin, huma fundamentali biex l-Amministrazzjoni Pubblika tibqa' għaddejja bil-ħidma tagħha u toffri servizzi tal-aqwa livell. B'hekk issa dawn il-ftehimiet għandhom gradi u skali ristrutturati li jirriflettu r-responsabbiltajiet li nbidlu matul is-snin.

Għall-ewwel darba ġie introdott allowance marbut mal-klassijiet bil-għan li jiġu attirati ħaddiema ġodda u performance bonus li jevalwa l-prestazzjoni tal-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku. Barra minn hekk, permezz ta' dawn il-ftehimiet jistgħu jiġu introdotti trainees fil-gradi ta' snajja' u oħrajn tekniċi bil-għan li jkunu jistgħu jiġu attirati studenti mill-ewwel snin tal-istudji tagħhom.

Ftehimiet bħal dawn ikomplu jagħmlu lis-Servizz Pubbliku aktar attraenti u kompetittiv fejn jidħlu l-impjegati li jaħdmu miegħu kif ukoll jgħinu fiż-żamma tal-impjegati.

Matul dawn l-aħħar sentejn ġew konklużi u ffirmati madwar sitta u sittin ftehim li jolqtu madwar 14,000 impjegat.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Kundizzjonijiet aħjar għal 7,000 uffiċċjal pubbliku bl-iffirmar ta’ erba' ftehimiet kollettivi matul il-Public Service Expo 2024
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow