Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Governanza, imwaqqaf mid-DG REFORM, iżur il-Public Service Expo24 f’Ta’ Qali

pr240825
Date Icon 15/05/2024

Membri tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Governanza, imwaqqaf mid-Direttorat Ġenerali għall-Appoġġ għar-Riforma Strutturali tal-Kummissjoni Ewropea (DG REFORM), żaru l-Public Service Expo24 li qiegħda ssir fl-MFCC f'Ta' Qali. Huma kellhom iċ-ċans jaraw fil-prattika l-progress miksub mill-amministrazzjoni pubblika f'pajjiżna. Huma wrew sodisfazzjon bis-suċċess tal-amministrazzjoni pubblika f'pajjiżna u se jieħdu lura lejn pajjiżhom diversi esperjenzi ta' prattiċi tajba.

Id-delegazzjoni tmexxiet mid-Direttur Ġenerali Mario Nava. Il-Grupp ta' Esperti jiltaqa' b'mod regolari u din il-ġimgħa qiegħed jiltaqa' f'Malta. Il-membri qed jaqsmu bejniethom prattiċi tajba li jkomplu jgħinu fl-amministrazzjoni pubblika. It-temi ta' din il-laqgħa koprew id-disinn ta' proċessi interni u esterni fosthom ta' diġitalizzazzjoni, il-ħiliet ta' uffiċjali pubbliċi fosthom ħiliet ta' tmexxija, ta' implimentazzjoni ta' strateġiji ta' data u ta' inizjattivi oħrajn.

Il-Grupp ta' Esperti huwa pjattaforma biex jiffaċilita d-djalogu bejn il-Kummissjoni Ewropea u r-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-qasam tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Governanza. L-għan huwa li jiġu identifikati sfidi komuni għall-amministrazzjoni pubblika u approċċi innovattivi biex jiġu indirizzati. Din il-pjattaforma għal djalogu miftuħ tippermetti lill-Kummissjoni toħloq sinerġiji u tfassal l-istrumenti ta' appoġġ tagħha skont il-ħtiġijiet u l-isfidi tal-Istati Membri.

Huma ġew milqugħa fil-Public Service Expo24 mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana u ttieħed ritratt uffiċjali tal-okkażjoni.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u l-Governanza, imwaqqaf mid-DG REFORM, iżur il-Public Service Expo24 f’Ta’ Qali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow