Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tisbiħ fiċ-ċentru tal-Imtarfa

pr240823
Date Icon 15/05/2024

Il-pjazza prinċipali u dik sekondarja tal-Imtarfa se jingħaqdu flimkien fi proġett estensiv ta' tisbiħ b'valur ta' madwar €2 miljun. Qal dan is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia waqt żjara fejn ra x-xogħlijiet li qed isiru fuq dan il-proġett.

L-arkati eżistenti li jifirdu ż-żewġ pjazzez se jitneħħew biex b'hekk il-pjazza tal-Imtarfa se tiġi spazju miftuħ mill-isbaħ għar-residenti tal-lokal. Se jsir xogħol ta' pavimentar ġdid kemm fil-pjazza u kif ukoll fuq il-passaġġi pedonali. Se tinbena funtana ġdida bi stil modern filwaqt li se titwaħħal sistema tad-dawl ġdida b'konsum baxx favur l-ambjent.

Barra minn hekk, se jinbena ġibjun tal-ilma ġdid u se jiġi restawrat wieħed eżistenti biex fihom jinġabar l-ilma tax-xita għat-tisqija ta' diversi siġar, fjuri u pjanti li se jitħawwlu f'din il-pjazza. 

Iż-żona ta' parkeġġ fuq in-naħa ta' Triq ir-Reġimenti Maltin se tiġi ristrutturata mill-ġdid u se tinkludi wkoll faċilità ta' parkeġġ għall-persuni b'diżabilità. L-għamara għall-barra li se tinħadem għal dan il-proġett barra li se tkompli ssebbaħ il-post, se tkun ukoll qed tagħmel dan is-sit iktar aċċessibbli.

Is-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia qal, “Dan huwa proġett ieħor li permezz tiegħu qed nagħtu lura lir-residenti tal-lokal spazju miftuħ ieħor mill-isbaħ u iktar aċċessibbli. Ġimgħa wara oħra qegħdin kemm ninawguraw u kif ukoll nibdew xogħlijiet fuq proġetti ġodda f'diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż kollu li bihom qed nkomplu nagħmlu differenza kbira fil-komunitajiet fejn ngħixu. Bħala Gvern qed nibagħtu messaġġ b'saħħtu tal-pjan u l-viżjoni tagħna f'dan is-settur biex inkomplu ntejbu dejjem iktar il-kwalità tal-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin." 

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Imtarfa Kyle Mifsud laqa' l-ħidma u l-impenn li sar mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex dan il-proġett tant mistenni mir-residenti beda jiġi implimentat. “Il-Kunsill Lokali ilu għal dawn l-aħħar ħames snin jaħdem mal-awtoritajiet konċernati u stakeholders oħra sabiex il-proġett seta' jitwettaq. Minn spazju antik b'pavimentar mhux adegwat se jiġi modernizzat u se jkollna żona kbira fiċ-ċentru tar-raħal li tista' titgawda mill-familji u l-komunità tal-Imtarfa," sostna s-Sindku Kyle Mifsud.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tisbiħ fiċ-ċentru tal-Imtarfa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tisbiħ fiċ-ċentru tal-Imtarfa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jibda x-xogħol fuq proġett estensiv ta’ tisbiħ fiċ-ċentru tal-Imtarfa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow