Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ħaddiema ta’ Identità b’salarji, kundizzjonijiet u opportunitajiet aħjar

pr240820
Date Icon 15/05/2024

Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-aġenzija Identità li jipprovdi diversi titjib u benefiċċji għall-impjegati kollha. B'effett minn Jannar ta' dis-sena, il-ħaddiema li jibbenefikaw minn dan il-ftehim se jirċievu żieda sostanzjali fil-kundizzjonijiet u salarji tagħhom. Barra minn hekk, għall-ewwel darba, dan il-ftehim qed jintroduċi performance bonus għall-gradi kollha tal-ħaddiema. Din iż-żieda hija maħsuba biex tinċentiva l-eċċellenza, filwaqt li tirrikonoxxi r-responsabbiltajiet li l-ħaddiema jġorru fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

Il-ftehim kollettiv, validu għal erba' snin, ġie ffirmat mill-Kap Eżekuttiv ta' Identità, Steve Agius u s-Segretarju tat-taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi tal-GWU Kendrick Bondin. L-iffirmar sar fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri li qal li l-ftehim il-ġdid se joħloq ambjent aħjar għall-ħaddiema sabiex ikomplu jtejbu s-servizz lill-pubbliku.

“Aktar minn 300 ħaddiem ta' Identità se jaraw il-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom jitjiebu b'opportunitajiet akbar għall-karriera personali waqt li jħarsu s-saħħa mentali," qal il-Ministru Byron Camilleri filwaqt li tenna li dan huwa wieħed minn diversi ftehimiet kollettivi li ġew konklużi fl-aħħar żmien.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' Identità Steve Agius qal li l-ftehim huwa xhieda tar-rieda tal-aġenzija li tħares il-benesseri u ssaħħaħ l-iżvilupp professjonali tal-impjegati. “It-titjib deskritt fil-ftehim jirrifletti l-impenn tagħna li nrawmu ambjent tax-xogħol pożittiv u nirrikonoxxu l-kontribuzzjonijiet siewja tal-membri tat-tim tagħna."

Il-ftehim kollettiv il-ġdid joffri, fost l-oħrajn, boroż ta' studju fil-Livelli 5, 6 u 7 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki (MQF), u jippromwovi tagħlim kontinwu u żvilupp professjonali tal-ħaddiem. Bħala turija tal-impenn tal-aġenzija li tappoġġja ħaddiema li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom, l-impjegati rreġistrati f'korsijiet f'dawn il-livelli jistgħu jibbenefikaw ukoll minn leave ta' studju ta' ħamest ijiem fis-sena, li jippermettilhom ħin biex jippreparaw għall-eżamijiet u assignments.

Preżenti għall-iffirmar tal-ftehim kollettiv il-ġdid kien hemm is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru Joyce Dimech u s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers' Union Josef Bugeja.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ U X-XOGĦOL Ħaddiema ta’ Identità b’salarji, kundizzjonijiet u opportunitajiet aħjar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow