Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-UGWALJANZA U R-RIFORMI Ċertifikat ieħor pożittiv għal Malta fil-qasam tal-persuni LGBTIQ+

pr240814
Date Icon 14/05/2024

Rapport ġdid tal-Aġenzija Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali juri li l-persuni LGBTIQ+ f’Malta mhux biss kisbu d-drittijiet ċivili iżda huma integrati u aċċettat fis-soċjetà u hemm inqas diskriminazzjoni u preġudizzji kontrihom f’Malta milli hemm bħala medja fil-pajjiżi Ewropej.

Ir-rapport intitolat LGBTIQ+ Equality at a Crossroads: Progress and Challenges huwa riżultat ta’ riċerka li l-Aġenzija Ewropea għamlet fost mitt elf individwu LGBTIQ+ f’Malta u fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li fih stħarrġet dwar l-attitudnijiet u l-isfidi li din il-komunità għandha fil-ħajja ta’ kuljum.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg qalet li dan ir-rapport jikkonferma l-passi sinifikanti li l-Maltin għamlu biex għelbu l-preġudizzji li kienu jeżistu kontra l-komunità LGBTIQ+. 

Fost ir-riżultati tal-istudju hemm li f’Malta 62% tal-persuni LGBTIQ+ ma jaħbux l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Din ir-rata hija 11% aktar mill-medja Ewropea. Ir-rata tad-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTIQ+ f’Malta hija 6%  aħjar mill-medja Ewropea. Sinifikanti li 61% tal-individwi LGBTIQ+  qalu li l-gvern Malti b’mod effettiv qed jikkumbatti l-preġudizzji u l-intolleranza waqt li bħala medja fl-Ewropa 26% biss iħossu li hemm dan l-impenn.

Quddiem dawn ir-riżultati, s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg qalet li dawn ir-riżultati flimkien ma’ indikaturi oħrajn li juru li l-vjolenza u fastidju, l-intolleranza u l-preġudizzji kontra l-komunità LGBTIQ+ f’Malta hija inqas mill-medja Ewropea, jagħtuha sodisfazzjon kbir.

“Fadal aktar x’isir u l-Gvern huwa impenjat biex titrawwem mentalità u kultura favur l-ugwaljanza u l-inklussività biex kull individwu, hija x’inhi l-orjentazzjoni sesswali tiegħu, jkun trattat b’rispett u dinjità,” żiedet tgħid is-Segretarju Parlamentari Buttigieg.

Il-Kummissarju Ewropea għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-istudju  tal-Aġenzija Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem fih minjiera ta’ informazzjoni dwar l-esperjenzi li jgħixu l-persuni LGBTIQ+. Dr Dalli qalet li dan ser iservi biex jiġu identifikati policies oħrajn biex tixxejjen id-diskriminazzjoni u jiġu imħarsa d-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow