Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI ​Preparamenti kbar u l-aħħar irtokki għall-Public Service EXPO24

pr240807
Date Icon 13/05/2024

Hekk kif fadal biss jumejn biex tiftaħ il-Public Service Expo24, komplew il-preparamenti kbar għall-edizzjoni ta' din is-sena ġewwa l-MFCC, Ta' Qali. Wara s-suċċess miksub fl-ewwel edizzjoni s-sena li għaddiet, din is-sena qed isiru sforzi akbar biex il-pubbliku jkun jista' jsegwi dak kollu li għandha x'toffri l-amministrazzjoni pubblika taħt saqaf wieħed.

Il-Public Service Expo24 se jkollha parteċipazzjoni mill-Ministeri kollha fosthom mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b'dipartimenti, direttorati u entitajiet jagħtu s-sehem tagħhom. Fl-Expo24 se jingħataw numru kbir ta' servizzi mżewqa b'wirjiet, attivitajiet ta' interess u kompetizzjonijiet.

Il-ħinjiet li l-Expo se tkun miftuħa għall-pubbliku huma dawn:

L-Erbgħa, 15 ta' Mejju min-12.30 p.m. sas-7.00 p.m.

Il-Ħamis, 16 ta' Mejju min-12.30 p.m. sas-7.00 p.m.

Il-Ġimgħa, 17 ta' Mejju min-12.30 p.m. sal-5.00 p.m.

Is-Sibt, 18 u l-Ħadd, 19 ta' Mejju mill-10.00 a.m. sal-4.00 p.m.

Id-dħul għall-pubbliku se jkun bla ħlas min-North Entrance tal-MFCC, fejn hemm spazju kbir allokat għall-parkeġġ. Għal din l-edizzjoni tal-Public Service Expo mistennija jattendu numru kbir ta' familji.

Reġistrazzjoni għall-Expo tista' ssir minn dan il-ħolqa elettronika https://pseregistration.gov.mt/registrazzjoni/ jew dakinhar stess mal-wasla tiegħek.

Kull min jixtieq aktar tagħrif għandu jsegwi l-paġni soċjali ta' Facebook u Instagram tas-Servizz Pubbliku.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI ​Preparamenti kbar u l-aħħar irtokki għall-Public Service EXPO24
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI ​Preparamenti kbar u l-aħħar irtokki għall-Public Service EXPO24
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow