Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Tiftaħ l-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival

pr240803
Date Icon 11/05/2024

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef fetħu l-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival, fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, li qed jittella' bejn l-10 u d-19 ta' Mejju 2024.

Il-Ministru Owen Bonnici spjega kif għal dan il-festival, Pjazza San Ġorġ ġie trasformat fi ġnien li jinkludi 62 siġra, madwar 5,000 arbuxelli, flimkien ma' 13,000 pjanta u żewġ funtani. Is-siġar jinkludu varjetajiet Mediterranji bħal ħarrub, ċipress, canfora, oleander, u siġar taż-żebbuġ.

“Permezz ta' inizjattivi bħal Valletta Green Festival, qed nibqgħu nżommu l-Belt Valletta ħajja. Inħeġġeġ lill-familji sabiex jattendu għal dan il-festival biex anke jgawdu dan il-ġnien," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Iċ-Chairman tal-Aġenzija Jason Micallef tenna li din hija l-akbar edizzjoni li qed tittella' tal-Valletta Green Festival. “Nistiednu lill-familji biex jiġu jgawdu dan l-ispazju mill-isbaħ fil-qalba tal-belt kapitali u l-attivitajiet li ġew ippjanati."

L-attivitajiet matul il-festival jinkludu mużika live minn Trakadum, is-Sibt 11 ta' Mejju bejn l-10.30am u nofsinhar u Ta' Verna Folk Band, il-Ħadd 12 ta' Mejju, bejn is-2pm u l-4pm. Is-Sibt 18 ta' Mejju se tkun qed tittella' flash mob.

Tul Triq it-Teatru l-Antik, ħa jkun hemm stands tal-EcoMarket li se jkunu miftuħa bejn l-10am sas-6pm. L-EcoMarket huwa sinonimu ma' bejjiegħa ta' oġġetti magħmulin bl-idejn, u li huma ambjentalment konxji u sostenibbli. Wieħed jista' jgawdi minn varjetà ta' prodotti u servizzi fosthom prodotti tas-sbuħija, ġojjelli u oġġetti tal-moda, pitturi, oġġetti dekorattivi u ħafna aktar. Fi tmiem il-ġimgħa ser jiġi offrut face painting għat-tfal kif ukoll numru ta' workshops prattiċi li jrawmu l-kuxjenza ambjentali li se jittellgħu bejn il-11 u t-12 ta' Mejju u t-18 u d-19 ta' Mejju, bejn it-3pm u s-6pm.

Derek Garden Centre u l-ERA qed jorganizzaw numru ta' attivitajiet interattivi biex jitkattar l-għarfien dwar il-pjanti u s-sostenibbiltà.

Għal aktar informazzjoni żur it-taqsima tal-Attivitajiet fuq is-sit tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta www.vca.gov.mt u l-paġna ta' Facebook.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Tiftaħ l-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Tiftaħ l-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Tiftaħ l-10 edizzjoni tal-Valletta Green Festival
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow