Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Jutta Urpilainen

pr240790
Date Icon 09/05/2024

Fil-Berġa ta' Kastilja, il-Prim Ministru ltaqa' mal-Kummissarju Ewropew għal Sħubijiet Internazzjonali Jutta Urpilainen. Fil-laqgħa ġew diskussi temi marbuta ma' partnerships internazzjonali tal-Unjoni Ewropea, u l-potenzjal li jipparteċipaw u jieħdu sehem attiv fil-proġetti li qed joħorġu minnhom anki n-negozji Maltin.

F'dan ir-rigward il-Kummissarju Ewropew għamlet referenza għall-inizjattiva Global Gateway u dawk imsejħa bħala flagship projects li qegħdin jitfasslu b'budget ta' €150 biljun. Budget immirat li jgħin u jixpruna wkoll investiment privat f'pajjiżi inqas żviluppati biex b'hekk ikun hemm ukoll benefiċċji għall-Unjoni Ewropea. Minn dawn il-€150 biljun, madwar żewġ terzi minnhom huma diġà allokati għal aktar minn 200 proġett li qed isiru fl-Afrika u partijiet oħra tad-dinja f'proġetti tas-saħħa, teknoloġija diġitali, enerġija ħadra, edukazzjoni u trasport. Hu maħsub li parti minn dawn il-fondi jkunu riservati għal intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, u f'dan l-isfond, il-Prim Ministru Robert Abela tenna l-importanza li jkun hemm skambju ta' informazzjoni ma' negozji Maltin.

Fl-isfond tat-tensjoni fil-Lvant Nofsani, il-Prim Ministru u l-Kummissarju Ewropew tkellmu wkoll dwar l-impatt ta' din l-eskalazzjoni fuq il-ġarr tal-merkanzija, bil-Prim Ministru Robert Abela jirrimarka kif kemm interruzzjonijiet fir-rotot tal-baħar għandhom riperkussjonijiet fuqna bħala pajjiż li jiddependi mill-importazzjoni bil-baħar. Preżenti għal-laqgħa f'Kastilja kien hemm ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, Ian Borg u l-Kap tas-Segretarjat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Glenn Micallef.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Jutta Urpilainen
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa mal-Kummissarju Ewropew Jutta Urpilainen
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow