Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Laqgħa pożittiva tal-MCESD mal-imsieħba soċjali dwar is-sostenibbiltà f'Għawdex

pr240785
Date Icon 09/05/2024

F'Għawdex ittellgħet laqgħa tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) li primarjament iffukat fuq is-sostenibbiltà fil-gżira Għawdxija.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul indirizza din il-laqgħa u enfasizza fuq l-importanza tad-djalogu soċjali. Tenna li flimkien mal-imsieħba soċjali f'Għawdex, il-gvern qed ikompli jisma' u jiddjaloga dwar il-futur tal-gżira Għawdxija, u għamel aċċenn fuq il-ħidma li diġà twettqet minn dan il-gvern permezz tal-Ministeru għal Għawdex.

Huwa stqarr ukoll fuq kemm huwa importanti li ta' kull sena l-MCESD jibqa' jiltaqa' mal-imsieħba soċjali f'Għawdex, sabiex ikun hemm ħidma kontinwa fuq il-prijoritajiet ta' pajjiżna, inkluż f'oqsma bħas-sostenibbiltà.

“Bħala Gvern impenjati li nkomplu nisimgħu, nibqgħu naħdmu biex naraw li kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu fis-soċjetà u nibqgħu nkunu ta' sapport għan-negozji tagħna. Dan il-Gvern qatt ma beża' jimplimenta proġetti ġodda u ambizzjużi għall-ġid tar-residenti Għawdxin u Maltin. Għaldaqstant kommessi li nkomplu nisimgħu u nitkellmu magħkom sabiex naraw li nibqgħu mixjin 'il quddiem b'mod sostenibbli," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Ellul.

Preżenti wkoll għal din il-laqgħa kien hemm il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri li spjega l-ħidma li qed issir mill-Gvern sabiex jassigura u jġib il-prosperità ekonomika u soċjali f'Għawdex, dan filwaqt li jieħu inkonsiderazzjoni l-karatteristiċi uniċi u distinti ta' din il-gżira. Semma wkoll il-bidla li saret riċentement f'waħda mill-policies tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn ġie stabbilit li kull żvilupp fiż-żoni urbani kollha ta' Għawdex irid ikollu l-faċċata mibnija bil-ġebla tal-franka.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Laqgħa pożittiva tal-MCESD mal-imsieħba soċjali dwar is-sostenibbiltà f'Għawdex
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Laqgħa pożittiva tal-MCESD mal-imsieħba soċjali dwar is-sostenibbiltà f'Għawdex
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow