Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede tas-Soċjetà Sant’ Andrija ta’ Ħal Lija li kienet f’riskju ta’ żgumbrament

pr240781
Date Icon 08/05/2024

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kkonkluda b'mod definittiv il-proċess tax-xiri tas-sede tas-Soċjetà Sant' Andrija ta' Ħal Lija, u b'hekk telgħu għal għaxra l-ammont ta' sede ta' soċjetajiet mużikali li l-Gvern ikkonkluda b'mod definittiv il-proċess ta' xiri.

Din il-proprjetà tingħaqad ma' disa' binjiet oħra okkupati minn soċjetajiet mużikali diversi, jiġifieri s-sede tas-Soċjetà Mużikali Marija Reġina Marsa A.D.1977, is-sede tal-Għaqda Mużikali Stella Levantina ta' Ħ'Attard, is-sede taċ-Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja tal-Kalkara, is-sede tas-Soċjetà Każin Santa Liena Banda Duke of Connaught's Own ta' Birkirkara, is-sede tas-Soċjetà Mużikali Antoine de Paule ta' Raħal Ġdid, is-sede tas-Soċjetà Mużikali Stella Maris ta' Tas-Sliema, is-sede tal-Għaqda Mużikali San Pietru fil-Ktajjen ta' Birżebbuġa, s-sede tal-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici ta' Ħal Qormi u s-Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta li issa l-Gvern hu s-sid tal-binja prinċipali li minnha jaħdmu dawn is-soċjetajiet.

Fl-istess waqt hemm żewġ proprjetajiet oħra minn fejn jaħdmu soċjetajiet mużikali oħra li l-Ministeru, permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti, jinsab f'konvenju mas-sidien privati tagħhom. Dawn it-total ta' t-tnax-il soċjetà kollha kienu f'riskju serju ħafna ta' żgumbrament minħabba s-sitwazzjoni legali marbuta mal-liġijiet tal-kera ta' qabel l-1995.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li s-soċjetajiet mużikali fl-irħula u bliet tagħna għandhom rwol kruċjali fit-trawwim tal-iżvilupp kulturali u l-progress soċjali fost il-familji. Huwa qal li ħafna drabi huma dawn il-persuni attivisti fi ħdan is-soċjetajiet mużikali li jixprunaw l-inizjattivi li jippromwovu l-arti, l-edukazzjoni, il-konservazzjoni ambjentali, u l-ġid soċjali fid-diversi komunitajiet.

“Dawn l-għaqdiet jiddependu ħafna fuq l-ispazji li jokkupaw biex iwettqu xogħolhom b'mod effettiv fil-qalba tal-komunitajiet u għalhekk żgumbrament kien mhux biss jipperikola serjament l-operat tagħhom iżda wkoll jhedded l-eżistenza tagħhom.  Is-soċjetajiet mużikali huma element kruċjali fl-organizzazzjoni u l-ħidma ewlenija tal-festa rispettiva", kompla jgħid il-Ministru Bonnici.

“Għalhekk, kien essenzjali li nieħdu miżuri proattivi biex nipproteġu lill-każini bħas-sede ta' dan li akkwistajna llum. Xogħolna mhuwiex biss li nissalvagwardjaw il-kapaċità u t-talent ta' dawn in-nies, imma iridu nkomplu nsostnu l-valuri fundamentali tad-diversità u l-espressjoni kulturali għal futur b'iktar kultura fih", temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Is-Soċjetà Sant`Andrija ta' Ħal Lija ġiet akkwistata b'investiment totali ta' €3,600,000. B'kollox il-Gvern hu mistenni li jinvesti total ta' €19-il miljun meta wieħed iqis l-ammont li diġà ġie investit fl-akkwist tal-għaxar proprjetajiet imsemmija u l-ammont li jrid jinħareġ meta wieħed iqis iż-żewġ proprjetajiet l-oħra li għad irid isir kuntratt finali dwarhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede tas-Soċjetà Sant’ Andrija ta’ Ħal Lija li kienet f’riskju ta’ żgumbrament
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede tas-Soċjetà Sant’ Andrija ta’ Ħal Lija li kienet f’riskju ta’ żgumbrament
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Ġie konkluż il-proċess tax-xiri tas-sede tas-Soċjetà Sant’ Andrija ta’ Ħal Lija li kienet f’riskju ta’ żgumbrament
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow