Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr240776
Date Icon 08/05/2024

L-avvenimenti li għaddej minnhom pajjiżna f'dawn il-ġranet jirrikjedu rażan u kawtela. Żgur ma jsirx ġid jekk inħallu lsienna jiġri bina u l-emozzjonijiet jitilgħu għal rasna. B'aġir bħal dan tittappan ir-raġuni.

Hemm ħtieġa qawwija illi ħadd ma jaqbeż il-limiti tal-prudenza u jeħtieġ li nħallu s-sitwazzjonijiet jimmaturaw.

Il-liġijiet tagħna jipprovdu diversi rimedji għal min iħoss illi jkunu saru xi preġudizzji fil-konfront tiegħu jew tagħha. Dan jinkludi wkoll istanzi fejn individwu jew individwi jidhrilhom illi jkunu ġew diskriminati, imċaħħda minn xi dritt jew addirittura jidhrilhom li proċessi ġudizzjarji li jolqtuhom kienu b'xi mod difettużi.

Dan iżda jirrikjedi illi l-istituzzjonijiet, partikolarment il-qrati u l-ġudikanti tagħha għandhom dejjem jitħallew jagħmlu xogħolhom fis-serenità.

Atmosfera serena u kalma hija ta' benefiċċju wkoll għal dawk kollha involuti jew b'xi mod milquta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE  National Audit Office Malta hosts bilateral meeting with the Spanish Court of Audit

PR261929

PRESS RELEASE BY THE NATIONAL AUDIT OFFICE National Audit Office Malta hos...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

More Press Releases Right arrow